3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana, Ir-Repubblika tal-Litwanja
(Kawża C-621/16 P) (1)
(Appell - Sistema lingwistika - Kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Avviżi ta’ kompetizzjonijiet - Amministraturi (AD 5) - Amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-protezzjoni tad-data - Konoxxenzi lingwistiċi - Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 tal-kompetizzjonijiet għall-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża - Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) - Regolament Nru 1 - Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Ġustifikazzjoni - Interess tas-servizz - Stħarriġ ġudizzjarju)
(2019/C 187/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u G. Gattinara, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato), ir-Repubblika tal-Litwanja
Parti intervenjenti insostenn tal-appellata: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. García-Valdecasas Dorrego, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti mir-Repubblika Taljana.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 46, 13.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy