14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 – Scuola Elementare Maria Montessori Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana (C-622/16 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Scuola Elementare Maria Montessori Srl, Ir-Repubblika Taljana (C-623/16 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Pietro Ferracci, Ir-Repubblika Taljana (C-624/16 P)
(Kawżi magħquda C-622/16 P sa C-624/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara li l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern huwa impossibbli - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Rikorsi għal annullament ippreżentati minn kompetituri ta’ benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat - Ammissibbiltà - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni - Inċidenza diretta - Kunċett ta’ ‘impossibbiltà assoluta’ li tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kunċetti ta’ “impriża” u ta’ “attività ekonomika”))
(2019/C 16/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
(C-622/16 P)
Appellanti: Scuola Elementare Maria Montessori Srl (rappreżentanti: E. Gambaro u F. Mazzocchi, avvocati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, P. Stancanelli u F. Tomat, aġenti), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistiti minn G. De Bellis u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)
(C-623/16 P)
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, P. Stancanelli u F. Tomat, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Scuola Elementare Maria Montessori Srl (rappreżentanti: E. Gambaro u F. Mazzocchi, avvocati), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistiti minn G. De Bellis u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)
(C-624/16 P)
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, P. Stancanelli u F. Tomat, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Pietro Ferracci, Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistiti minn G. De Bellis u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2016, Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni (T-220/13, mhux ippubblikata, EU:T:2016:484), hija annullata sa fejn ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Scuola Elementare Maria Montessori Srl u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/284/UE tad-19 ta’ Diċembru 2012 dwar l-għajnuna mill-istat SA.20829 (C 26/2010, qabel NN 43/2010 (qabel CP 71/2006)) Is-sistema għall-eżenzjoni mill-ICI [taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli] għal bini li jintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi li ġiet implimentata mill-Italja, sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ma ordnatx l-irkupru tal-għajnuna illegali mogħtija bis-saħħa tal-eżenzjoni mill-Imposta comunale sugli immobili (taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli).
2)
Il-kumplament tal-appell fil-Kawża C-622/16 P huwa miċħud.
3)
Id-Deċiżjoni 2013/284 hija annullata sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ma ordnatx l-irkupru tal-għajnuna illegali mogħija bis-saħħa tal-eżenzjoni mill-Imposta comunale sugli immobili (taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli).
4)
L-appelli fil-Kawżi C-623/16 P u C-624/16 P huma miċħuda.
5)
Scuola Elementare Maria Montessori Srl għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fil-kuntest tal-appell fil-Kawża C-622/16 P kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u tal-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-220/13.
6)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, fir-rigward tal-ispejjeż rispettivi tagħha, terz tal-ispejjeż marbuta mar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-220/13 u dawk marbuta mal-appelli fil-Kawża C-622/16 P sa C-624/16 P, u, fir-rigward tal-ispejjeż ta’ Scuola Elementare Maria Montessori Srl, terz tal-ispejjeż marbuta mar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-220/13 u nofs l-ispejjeż marbuta mal-appell fil-Kawża C-622/16 P, kif ukoll dawk sostnuti fil-kuntest tal-Kawża C-623/16 P.
7)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fil-Kawżi C-622/16 P sa C-624/16 P.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy