Kawża C-633/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – id-Danimarka) – Ernst & Young P/S vs Konkurrencerådet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kontroll ta’ operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi — Regolament (KE) Nru 139/2004 — Artikolu 7(1) — Implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni qabel in-notifika lill-Kummissjoni Ewropea u qabel id-dikjarazzjoni ta’ kompatibbiltà mas-suq komuni — Projbizzjoni — Portata — Kunċett ta’ “konċentrazzjoni” — Xoljiment ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ terz minn waħda mill-impriżi li huma partijiet fil-konċentrazzjoni)
C2592018MT910120180531MT00119191
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – id-Danimarka) – Ernst & Young P/S vs Konkurrencerådet
(Kawża C-633/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kontroll ta’ operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi — Regolament (KE) Nru 139/2004 — Artikolu 7(1) — Implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni qabel in-notifika lill-Kummissjoni Ewropea u qabel id-dikjarazzjoni ta’ kompatibbiltà mas-suq komuni — Projbizzjoni — Portata — Kunċett ta’ “konċentrazzjoni” — Xoljiment ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ terz minn waħda mill-impriżi li huma partijiet fil-konċentrazzjoni)”2018/C 259/11Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Sø- og Handelsretten
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ernst & Young P/S
Konvenuta: Konkurrencerådet
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), għandu jiġi interpretat fis-sens li konċentrazzjoni tkun implimentata biss permezz ta’ operazzjoni li, kompletament jew parzjalment, fil-fatt jew fid-dritt, tikkontribwixxi għall-bidla fil-kontroll tal-impriża kkonċernata. Ir-rinunzja għal ftehim ta’ kooperazzjoni, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju, ma tistax titqies li timplika l-implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni, u dan irrispettivament mill-kwistjoni ta’ jekk din ir-rinunzja kellhiex effetti fuq is-suq.
( 1 ) ĠU C 46, 13.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy