12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona – Spanja) – Wilber López Pastuzano vs Delegación del Gobierno en Navarra
(Kawża C-636/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għat-tul - Direttiva 2003/109/KE - Artikolu 12 - Teħid ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija kontra residenti għat-tul - Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi - Kompatibbiltà))
(2018/C 052/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no1 de Pamplona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Wilber López Pastuzano
Konvenuta: Delegación del Gobierno en Navarra
Dispożittiv
L-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, kif interpretata minn parti mill-qrati ta’ dan l-Istat, ma tipprevedix l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni kontra t-tneħħija ta’ ċittadin ta’ Stat terz residenti għat-tul fir-rigward tad-deċiżjonijiet amministrattivi kollha ta’ tneħħija, irrispettivament min-natura jew mill-modalitajiet ġuridiċi ta’ din il-miżura.
(1) ĠU C 46, 13.2.2017.