8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Tünkers France, Tünkers Maschinenbau GmbH vs Expert France
(Kawża C-641/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Qorti kompetenti - Kawża minħabba kompetizzjoni żleali mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza - Kawża mressqa minn kumpannija li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, kontra ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività tal-kumpannija suġġetta għall-proċedura ta’ insolvenza - Kawża li ma għandha ebda relazzjoni mal-proċedura ta’ insolvenza jew azzjoni li toriġina direttament minn din il-proċedura u li hija marbuta mill-qrib magħha))
(2018/C 005/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tünkers France, Tünkers Maschinenbau GmbH
Konvenuti: Expert France
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun fetħet il-proċedura ta’ insolvenza azzjoni għad-danni minħabba kompetizzjoni żleali li permezz tagħha ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività miksuba fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza huwa akkużat li ppreżenta ruħu b’mod żbaljat bħala li jiżgura d-distribuzzjoni esklużiva ta’ oġġetti prodotti mid-debitur.
(1) ĠU C 70, 6.3.2017.