Kawża C-642/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Junek Europ-Vertrieb GmbH vs Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Dritt tat-trade marks — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 13 — Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark — Importazzjoni parallela — Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark — Ittikkettjar ġdid — Kundizzjonijiet applikabbli għall-mezzi mediċi)
C2402018MT510120180517MT00065151
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Junek Europ-Vertrieb GmbH vs Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG
(Kawża C-642/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Dritt tat-trade marks — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 13 — Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark — Importazzjoni parallela — Ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark — Ittikkettjar ġdid — Kundizzjonijiet applikabbli għall-mezzi mediċi)”2018/C 240/06Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Junek Europ-Vertrieb GmbH
Konvenuti: Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG
Dispożittiv
L-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark ma jistax jopponi l-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri, minn importatur parallel, ta’ mezz mediku fl-ippakkjar intern u estern oriġinali tiegħu meta importatur iwaħħal tikketta addizzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, minħabba l-kontenut tagħha, il-funzjoni tagħha, id-daqs tagħha, il-preżentazzjoni tagħha u l-pożizzjonament tagħha, ma tirrapreżentax riskji għall-garanzija tal-oriġini tal-mezz mediku li għandu t-trade mark.
( 1 ) ĠU C 104, 03.04.2017.
Full & Egal Universal Law Academy