Kawża C-645/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Conseils et mise en relations (CMR) SARL vs Demeures terre et tradition SARL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom — Direttiva 86/653/KEE — Dritt tal-aġent kummerċjali għal indennizz jew għall-kumpens għad-danni wara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali — Artikolu 17 — Esklużjoni tad-dritt għal indennizz fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt waqt il-perijodu ta’ prova stabbilit fil-kuntratt)
C2002018MT1210120180419MT0014121121
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Conseils et mise en relations (CMR) SARL vs Demeures terre et tradition SARL
(Kawża C-645/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom — Direttiva 86/653/KEE — Dritt tal-aġent kummerċjali għal indennizz jew għall-kumpens għad-danni wara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali — Artikolu 17 — Esklużjoni tad-dritt għal indennizz fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt waqt il-perijodu ta’ prova stabbilit fil-kuntratt)”2018/C 200/14Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Conseils et mise en relations (CMR) SARL
Konvenuta: Demeures terre et tradition SARL
Dispożittiv
L-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistemi ta’ indennizz u ta’ kumpens li dan l-artikolu jipprevedi rispettivament fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, huma applikabbli meta din it-terminazzjoni sseħħ matul il-perijodu ta’ prova stipulat minn dan il-kuntratt.
( 1 ) ĠU C 70, 6.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy