Kawża C-647/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Lille – Franza) – Adil Hassan vs Préfet du Pas-de-Calais (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Proċeduri ta’ teħid ta’ inkarigu u ta’ teħid lura — Artikolu 26(1) — Adozzjoni u notifikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment qabel l-aċċettazzjoni tal-att għall-finijiet ta’ teħid lura mill-Istat Membru rikjest)
C2592018MT920120180531MT001292102
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Lille – Franza) – Adil Hassan vs Préfet du Pas-de-Calais
(Kawża C-647/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Proċeduri ta’ teħid ta’ inkarigu u ta’ teħid lura — Artikolu 26(1) — Adozzjoni u notifikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment qabel l-aċċettazzjoni tal-att għall-finijiet ta’ teħid lura mill-Istat Membru rikjest)”2018/C 259/12Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Lille
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Adil Hassan
Konvenut: Préfet du Pas-de-Calais
Dispożittiv
L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru, li jitlob lil Stat Membru ieħor li jqis bħala responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali b’applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti minn dan ir-regolament, att biex jittieħed inkarigu jew jittieħed lura persuna msemmija fl-Artikolu 18(1) ta’ dak ir-regolament tadotta deċiżjoni ta’ trasferiment u tinnotifika lil dik il-persuna qabel ma l-Istat Membru rikjest ikun ta l-kunsens tiegħu espliċitu jew impliċitu għal dan l-att.
( 1 ) ĠU C 70, 6.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy