26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/26
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Peter Valach et vs Waldviertler Sparkasse Bank AG et
(Kawża C-649/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Kamp ta’ applikazzjoni - Azzjoni għal responsabbiltà delittwali kontra l-membri ta’ bord ta’ kredituri li rrifjutaw pjan ta’ rkupru fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza)
(2018/C 072/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Valach, Alena Valachová, SC Europa ZV II a.s., SC Europa LV a.s., VAV Parking a.s., SC Europa BB a.s., Byty A s.r.o.
Konvenuti: Waldviertler Sparkasse Bank AG, Československá obchodná banka a.s., Stadt Banská Bystrica
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal azzjoni għal responsabbiltà delittwali, mibdija kontra l-membri ta’ bord ta’ kredituri minħabba l-aġir tagħhom matul vot dwar pjan ta’ ristrutturazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, u li, għalhekk, tali azzjoni hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 104, 3.4.2017