KawżaC-660/16 u C-661/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dachau vs Achim Kollroß (C-660/16), Finanzamt Göppingen vs Erich Wirtl (C-661/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Provvista ta’ oġġetti — Artikolu 65 — Artikolu 167 — Ħlas akkont għall-akkwist ta’ oġġett mhux segwit mill-kunsinna tiegħu — Kundanna kriminali tar-rappreżentanti legali tal-fornitur għal frodi — Insolvenza tal-fornitur — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Kundizzjonijiet — Artikoli 185 u 186 — Aġġustament mill-awtorità fiskali nazzjonali — Kundizzjonijiet)
C2592018MT1010120180531MT0013101112
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dachau vs Achim Kollroß (C-660/16), Finanzamt Göppingen vs Erich Wirtl (C-661/16)
(KawżaC-660/16 u C-661/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Provvista ta’ oġġetti — Artikolu 65 — Artikolu 167 — Ħlas akkont għall-akkwist ta’ oġġett mhux segwit mill-kunsinna tiegħu — Kundanna kriminali tar-rappreżentanti legali tal-fornitur għal frodi — Insolvenza tal-fornitur — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Kundizzjonijiet — Artikoli 185 u 186 — Aġġustament mill-awtorità fiskali nazzjonali — Kundizzjonijiet)”2018/C 259/13Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Dachau (C-660/16), Finanzamt Göppingen (C-661/16)
Konvenuti: Achim Kollroß (C-660/16) Erich Wirtl (C-661/16)
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 65 u 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta ma’ ħlas akkont ma jistax jiġi miċħud lill-akkwirent potenzjali tal-oġġetti inkwistjoni ladarba dan il-ħlas akkont sar u ġie rċevut u ladarba, fil-mument ta’ dan il-ħlas, l-elementi rilevanti kollha tal-kunsinna futura setgħu jitqiesu li kienu magħrufa minn dan l-akkwirent u ladarba l-kunsinna ta’ dawn l-oġġetti kienet għalhekk tidher ċerta. Madankollu, tali dritt jista’ jiġi miċħud lill-imsemmi akkwirent jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li, fil-mument tal-ħlas akkont, huwa kien jaf jew ma setax raġonevolment ma jkunx jaf li din il-kunsinna kienet inċerta.
2)
L-Artikoli 185 u 186 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li għandhom l-effett li jissuġġettaw l-aġġustament tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta mal-ħlas akkont fil-kuntest tal-kunsinna ta’ oġġett għar-rimbors ta’ dan il-ħlas akkont mill-fornitur.
( 1 ) ĠU C 86, 20.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy