3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-668/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/40/KE - Emissjonijiet minn sistemi ta’ klimatizzazzjoni ta’ vetturi bil-mutur - Artikolu 5(4) u (5) - Direttiva 2007/46/KE - Approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur - Artikoli 12, 19, 30 u 46 - Vetturi mhux konformi mar-rekwiżiti tekniċi - Responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali))
(2018/C 436/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes, D. Kukovec u C. Becker, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u D. Klebs, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha:
—
taħt id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE, kif ukoll taħt l-Artikoli 12 u 30 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2010 tas-16 ta’ April 2010, billi naqset milli tieħu, fit-terminu previst mill-opinjoni motivata, il-miżuri neċessarji sabiex tistabbilixxi mill-ġdid il-konformità mat-tipi approvati tagħhom tal-133 713-il vettura tat-tipi 246, 176 u 117, ikkummerċjalizati minn Daimler AG bejn l-1 ta’ Jannar u s-26 ta’ Ġunju 2013, meta dawn ma kinux mgħammra bir-refriġerant R1234yf iddikjarat għal dawn it-tipi approvati iżda b’refriġerant li l-potenzjal ta’ tisħin globali tiegħu kien ta’ iktar minn 150, bi ksur tal-livell massimu previst fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2006/40, u
—
taħt id-Direttiva 2006/40 kif ukoll taħt id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 46, 5 u 18 tad-Direttiva 2007/46, kif emendata bir-Regolament Nru 371/2010, billi naqset milli tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 46 f’din id-direttiva tal-aħħar fit-terminu previst fl-opinjoni motivata, sabiex tiżgura li l-manifatturi josservaw l-Artikoli 5 u 18 tal-imsemmija direttiva, dwar il-konformità tal-produzzjoni u l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ konformità.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 70, 6.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy