Kawża C-671/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Inter-Environnement Bruxelles ASBL et vs Région de Bruxelles-Capitale (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2001/42/KE — Artikolu 2(a) — Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” — Artikolu 3 — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Regolament reġjonali dwar l-ippjanar urbanistiku għad-distrett Ewropew ta’ Brussell (il-Belġju))
C2682018MT610120180607MT00076161
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Inter-Environnement Bruxelles ASBL et vs Région de Bruxelles-Capitale
(Kawża C-671/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2001/42/KE — Artikolu 2(a) — Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” — Artikolu 3 — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Regolament reġjonali dwar l-ippjanar urbanistiku għad-distrett Ewropew ta’ Brussell (il-Belġju))”2018/C 268/07Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Groupe d’Animation du Quartier Européen de la Ville de Bruxelles ASBL, Association du Quartier Léopold ASBL, Brusselse Raad voor het Leefmilieu ASBL, Pierre Picard, David Weytsman
Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale
Dispożittiv
L-Artikolu 2(a), l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, għandhom jiġu interpretati fis-sens li regolament reġjonali dwar l-ippjanar urbanistiku, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jiffissa ċerti rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ proprjetà immobbli, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” li jistgħu jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent, fis-sens ta’ din id-direttiva, u, għaldaqstant, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni tal-effetti ambjentali.
( 1 ) ĠU C 78, 13.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy