23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Imofloresmira – Investimentos Imobiliários SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-672/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva tal-VAT - Eżenzjoni tal-operazzjonijiet ta’ lokazzjoni u ta’ kiri ta’ proprjetajiet immobbli - Dritt ta’ għażla favur persuni taxxabbli - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Użu għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati tal-persuna taxxabbli - Aġġustament tat-tnaqqis magħmul inizjalment - Inammissibbiltà))
(2018/C 142/14)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Imofloresmira – Investimentos Imobiliários SA
Konvenuti: Autoridade Tributária e Aduaneira
Dispożittiv
L-Artikoli 167, 168, 184, 185 u 187 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-aġġustament tat-taxxa fuq il-valur miżjud inizjalment imnaqqsa għar-raġuni li proprjetà immobbli, li għaliha ġie eżerċitat id-dritt ta’ għażla għat-tassazzjoni, hija meqjusa li ma għadhiex użata mill-persuna taxxabbli għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha stess, meta din il-proprjetà immobbli baqgħet vakanti għal iktar minn sentejn, anki jekk huwa ppruvat li l-persuna taxxabbli fittxet li tikriha matul dan il-perijodu.
(1) ĠU C 86, 20.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy