Kawża C-677/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Madrid – Spanja) – Lucía Montero Mateos vs Agencia Madrileña de Atención Social de la Consejería de Políticas Sociales y Familia de la Comunidad Autónoma de Madrid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP — Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Kunċett ta’ “kundizzjonijiet ta’ impjieg” — Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet — Ġustifikazzjoni — Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” — Kumpens fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat minħabba raġuni oġġettiva — Assenza ta’ kumpens mal-iskadenza ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat fil-forma ta’ kuntratt ta’ tranżizzjoni)
C2682018MT810120180605MT00098181
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Madrid – Spanja) – Lucía Montero Mateos vs Agencia Madrileña de Atención Social de la Consejería de Políticas Sociales y Familia de la Comunidad Autónoma de Madrid
(Kawża C-677/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP — Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Kunċett ta’ “kundizzjonijiet ta’ impjieg” — Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet — Ġustifikazzjoni — Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” — Kumpens fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat minħabba raġuni oġġettiva — Assenza ta’ kumpens mal-iskadenza ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat fil-forma ta’ kuntratt ta’ tranżizzjoni)”2018/C 268/09Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 33 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lucía Montero Mateos
Konvenuta: Agencia Madrileña de Atención Social de la Consejería de Políticas Sociales y Familia de la Comunidad Autónoma de Madrid
Dispożittiv
Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedi l-ħlas ta’ ebda kumpens lill-ħaddiema impjegati permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat konklużi sabiex tiġi koperta temporanjament pożizzjoni ta’ xogħol matul il-proċedura ta’ reklutaġġ jew ta’ promozzjoni sabiex timtela definittivament l-imsemmija pożizzjoni, bħalma huwa l-kuntratt ta’ tranżizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mal-iskadenza tal-perijodu li għalih kienu ġew konklużi dawn il-kuntratti, meta fl-istess ħin jingħata kumpens lill-ħaddiema għal żmien indeterminat fl-okkażjoni tax-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tagħhom minħabba raġuni oġġettiva.
( 1 ) ĠU C 86, 20.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy