3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Marzu 2019 — Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel, Remedia d.o.o. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-680/16 P) (1)
(Appell - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 30(1) - Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem - Riferiment lill-Kumitat suġġett għall-kundizzjoni li deċiżjoni nazzjonali ma tkunx ittieħdet qabel - Sustanza attiva estradjol - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tordna lill-Istati Membri l-irtirar u l-modifika tal-awtorizzazzjonijiet nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali topiċi li f’termini ta’ piż fihom 0.01 % ta’ estradjol)
(2019/C 187/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel, Remedia d.o.o. (rappreżentanti: P. Klappich u C. Schmidt, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, A. Sipos u M. Šimerdová,aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ottubru 2016, August Wolff u Remedia vs Il-Kummissjoni (T-672/14, mhux ippubblikata, EU:T:2016:623), hija annullata.
2)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6030 finali, tad-19 ta’ Awwissu 2014, li tikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali topiċi għall-użu mill-bniedem li fihom konċentrazzjoni għolja ta’ estradjol, fil-kuntest tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, hija annullata sa fejn din tobbliga lill-Istati Membri josservaw l-obbligi li din tipprevedi għall-prodotti mediċinali topiċi li, f’termini ta’ piż, fihom 0.01 % ta’ estradjol, kemm jekk inklużi fl-Anness I tagħha kif ukoll jekk le, li Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel u Remedia d.o.o. huma d-detenturi tagħhom, bl-eċċezzjoni tar-restrizzjoni li permezz tagħha l-prodotti mediċinali topiċi li, f’termini ta’ piż, fihom 0.01 % ta’ estradjol li huma inklużi fl-istess anness, jistgħu jibqgħu jiġu applikati biss b’mod intravaġinali.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell, minbarra dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji, li għandhom jiġu sostnuti minn Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel u Remedia d.o.o.
(1) ĠU C 78, 13.3.2017
Full & Egal Universal Law Academy