Kawża C-681/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Pfizer Ireland Pharmaceuticals, Operations Support Group vs Orifarm GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Liġi dwar il-Privattivi — Atti ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-2003, l-2005 u l-2012 — Mekkaniżmu Speċifiku — Applikabbiltà għall-importazzjonijiet paralleli — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Prodott protett b’ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fi Stat Membru u kkummerċjalizzat mill-proprjetarju tal-privattiva bażika fi Stat Membru ieħor — Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrjali — Assenza ta’ privattiva bażika fl-Istati Membri ġodda — Regolament (KE) Nru 1901/2006 — Estensjoni tal-perijodu ta’ protezzjoni)
C2852018MT710120180621MT00087171
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Pfizer Ireland Pharmaceuticals, Operations Support Group vs Orifarm GmbH
(Kawża C-681/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Liġi dwar il-Privattivi — Atti ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-2003, l-2005 u l-2012 — Mekkaniżmu Speċifiku — Applikabbiltà għall-importazzjonijiet paralleli — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Prodott protett b’ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fi Stat Membru u kkummerċjalizzat mill-proprjetarju tal-privattiva bażika fi Stat Membru ieħor — Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrjali — Assenza ta’ privattiva bażika fl-Istati Membri ġodda — Regolament (KE) Nru 1901/2006 — Estensjoni tal-perijodu ta’ protezzjoni)”2018/C 285/08Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pfizer Ireland Pharmaceuticals, Operations Support Group
Konvenuta: Orifarm GmbH
Dispożittiv
1)
Il-mekkaniżmi speċifiċi previsti fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV tal-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Islovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni Ewropea fil-Kapitolu 1 tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea u fil-Kapitolu 1 tal-Anness IV tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jippermettu lill-proprjetarju ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, maħruġ fi Stat Membru minbarra l-Istati Membri ġodda msemmija minn dawn l-Atti ta’ Adeżjoni, joġġezzjona għall-importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali li jkun ġej minn dawn l-Istati Membri ġodda f’sitwazzjoni li fiha l-ordinamenti ġuridiċi ta’ dawn l-aħħar Stati kienu jipprevedu l-possibbiltà ta’ kisba ta’ protezzjoni ekwivalenti mhux fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-privattiva bażika, iżda fid-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għall-privattiva bażika u/jew tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fl-Istat Membru ta’ importazzjoni, b’tali mod li kien impossibbli għall-proprjetarju li jikseb privattiva u ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari ekwivalenti fl-Istati ta’ esportazzjoni.
2)
Il-mekkaniżmi speċifiċi previsti fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV tal-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Islovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni Ewropea, fil-Kapitolu 1 tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea u fil-Kapitolu 1 tal-Anness IV tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw għall-estensjoni prevista fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004.
( 1 ) ĠU C 104, 3.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy