Kawża C-683/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln – il-Ġermanja) – Deutscher Naturschutzring, Dachverband der deutschen Natur- und Umweltschutzverbände et vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika komuni tas-sajd — Regolament (UE) Nru 1380/2013 — Artikolu 11 — Konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar — Protezzjoni tal-ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea)
C2762018MT420120180613MT00064252
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln – il-Ġermanja) – Deutscher Naturschutzring, Dachverband der deutschen Natur- und Umweltschutzverbände et vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-683/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika komuni tas-sajd — Regolament (UE) Nru 1380/2013 — Artikolu 11 — Konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar — Protezzjoni tal-ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea)”2018/C 276/06Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutscher Naturschutzring, Dachverband der deutschen Natur- und Umweltschutzverbände et
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi Stat Membru milli jadotta, għal ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu, il-miżuri li huma neċessarji sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u li jipprojbixxu kompletament, fiż-żoni Natura 2000, is-sajd marittimu professjonali permezz ta’ rkaptu rmunkat u għeżula, ladarba tali miżuri għandhom effetti fuq il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri oħra.
2)
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1380/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi l-adozzjoni, minn Stat Membru, ta’ miżuri, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għal ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu, li huma neċessarji sabiex dan ikun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali.
( 1 ) ĠU C 104, 3.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy