12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Münster – il-Ġermanja) – EV vs Finanzamt Lippstadt
(Kawża C-685/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 63 sa 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Tnaqqis fuq il-profitti taxxabbli - Ishma miżmuma minn kumpannija omm f’kumpannija b’kapital azzjonarju li għandha t-tmexxija tagħha u s-sede tagħha fi Stat terz - Dividendi ddistribwiti lill-kumpannija omm - Possibbiltà ta’ tnaqqis tat-taxxa suġġetta għal kundizzjonijiet iktar stretti mit-tnaqqis fuq il-profitti li ġejjin minn ishma miżmuma f’kumpannija b’kapital azzjonarju rregolata bid-dritt nazzjonali mhux eżentata))
(2018/C 408/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Münster
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EV
Konvenuta: Finanzamt Lippstadt
Dispożittiv
L-Artikoli 63 sa 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta tnaqqis fuq il-profitti li ġejjin minn ishma miżmuma f’kumpannija b’kapital azzjonarju li għandha t-tmexxija tagħha u s-sede tagħha fi Stat terz għal kundizzjonijiet iktar stretti mit-tnaqqis fuq il-profitti li ġejjin minn ishma miżmuma f’kumpannija b’kapital azzjonarju ta’ dritt nazzjonali mhux eżentata.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy