19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de Primera Instancia no 11 de Vigo) – Spanja – Banco Popular Español SA, PL Salvador SARL vs Maria Rita Giraldez Villar, Modesto Martínez Baz
(Kawża C-7/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti - Trasferiment ta’ kreditu - Dritt ta’ estinzjoni tad-debitur tad-debitu tiegħu - Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt))
(2016/C 343/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no11 de Vigo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Banco Popular Español SA, PL Salvador SARL
Konvenuti: Maria Rita Giraldez Villar, Modesto Martínez Baz
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma hijiex applikabbli għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar id-dritt tad-debitur ta’ dejn ittrasferit mill-kreditur lil terz li jestingwi d-debitu tiegħu billi jirrimborsa lil dan it-terz il-prezz imħallas minnu għal dan it-trasferiment.
(1) ĠU C 118, 04.04.2016.