20.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad) – il-Bulgarija – Angel Marinkov vs Predsedatel na Darzhavna agentsia za balgarite v chuzhbina
(Kawża C-27/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiv 2000/78/KE u 2006/54/KE - Kamp ta’ applikazjzoni - Inammissibbiltà manifesta - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni))
(2017/C 086/02)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Angel Marinkov
Konvenut: Predsedatel na Darzhavna agentsia za balgarite v chuzhbina
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (qorti amministrattiva tal-belt ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Diċembru 2015, hija manifestament inammissibbli billi hija tirrigwarda d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol u Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula billi dawn jirrigwardaw l-Artikoli 30 u 47 kif ukoll l-Artikolu 52(1) tal- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 11, 29.03.2016.
Full & Egal Universal Law Academy