10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – L-Ungerija)– Magyar Villamos Művek Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság
(Kawża C-28/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 2, 9, 26, 167, 168 u 173 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Persuna taxxabbli li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi - Kumpannija holding li tipprovdi servizzi mingħajr ħlas lis-sussidjarji tagħha))
(2017/C 112/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Magyar Villamos Művek Zrt.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság
Dispożittiv
L-Artikoli 2, 9, 26, 167, 168 u 173 tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li billi l-interferenza ta’ kumpannija holding, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-ġestjoni tas-sussidjarji tagħha, meta hija ma tkunx iffatturat lil dawn tal-aħħar la bil-prezz tas-servizzi li hija akkwistat fl-interess tal-grupp ta’ kumpanniji jew ta’ xi wħud mis-sussidjarji tagħha u lanqas bit-taxxa fuq il-valur miżjud relatata, ma hijiex “attività ekonomika” fis-sens ta’ din id-direttiva, tali kumpannija holding ma tistax tibbenefika minn dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa għal dawn is-servizzi akkwistati, sa fejn dawn tal-aħħar huma relatati ma’ tranżazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 156, 2.5.2016.
Full & Egal Universal Law Academy