19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Dresden – il-Ġermanja) – Ute Wunderlich vs Bulgarian Air Charter Limited
(Kawża C-32/16) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ dubju raġonevoli - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 2(l) - Kunċett ta’ “kanċellazzjoni” - Titjira li kienet is-suġġett ta’ waqfa mhux prevista])
(2016/C 475/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Dresden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ute Wunderlich
Konvenuta: Bulgarian Air Charter Limited
Dispożittiv
L-Artikolu 2(l) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li titjira li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha kienu konformi mal-programm previst, iżda li tat lok għal waqfa mhux prevista, ma għandhiex titqies li ġiet ikkanċellata.
(1) ĠU C 165, 10.5.2016.