3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/23
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017 – d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-45/16 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt “Multi-level patient - specific artery and artherogenesis model for outcome prediction, decision support treatment, and virtual hand-on training (ARTreat)”, konkluż fil-kuntest tas-seba’ programm-qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Xoljiment ta’ dan il-kuntratt minħabba irregolaritajiet imwettqa fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ieħor konkluż mal-Kummissjoni Ewropea - Bona fide - Aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-assenza ta’ xoljiment))
(2017/C 104/33)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (rappreżentant: K. Damis, dikigoros)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: R. Lyal, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 98, 14.3.2016