19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Ir-Rumanija)– Evo Bus GmbH vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Ploiești
(Kawża C-55/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 90 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Dritt għal rimbors - It-Tmien Direttva 79/1072/KEE - Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ rimbors - Impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 - Obbligu li tiġi prodotta l-prova tal-ħlas tat-taxxa - Ammissibbiltà)))
(2016/C 343/27)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Evo Bus GmbH
Konvenut: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Ploiești
Dispożittiv
It-Tmien Direttiva tal-Kunsill [79/1072/KEE], tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha, sabiex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-persuni suġġetti għat-taxxa huma suġġetti għal obbligu ġenerali li jipprovdu l-prova tal-ħlas ta’ din it-taxxa.
(1) ĠU C 145, 25.4.2016