31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Lg Costruzioni Srl vs Area – Azienda Regionale per l’edilizia abitativa
(Kawża C-110/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratt pubbliku għal xogħlijiet - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 7 - Evalwazzjoni u verifika tal – kapaċitajiet tekniċi tal – operaturi ekonomiċi - Artikolu 53(2) tar – Regoli tal – Proċedura tal – Qorti tal – Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta))
(2017/C 249/17)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lg Costruzioni Srl
Konvenuta: Area – Azienda Regionale per l’Edilizia Abitativa
Fil-preżenza ta’: TE.SV.AM. Srl, Alvit Srl, Igit SpA, Planarch Srl, Francesco Auteri
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Jannar 2016, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 175, 17.5.2016.