5.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 454/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Milano) – l-Italja – Stanleybet Malta Ltd, Mario Stoppani vs Agenzia delle dogane u dei Monopoli – Ufficio dei Monopoli per la Lombardia
(Kawża C-141/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Imposta unika fuq l-imħatri u l-logħob ta’ tbassir - Issuġġettar tal-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu d-data tal-logħob fl-interess ta’ operaturi stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari - Inammissibbiltà manifesta))
(2016/C 454/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stanleybet Malta Ltd, Mario Stoppani
Konvenuti: Agenzia delle dogane u dei Monopoli – Ufficio dei Monopoli per la Lombardia
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale di Milano (qorti tat-taxxa reġjonali ta’ Milano, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-29 ta’ Settembru 2015, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.