19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – M. H. vs M. H.
(Kawża C-173/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ dubju raġonevoli - Ġurisdizzjoni fil-qasam matrimonjali - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 16(1)(a) - Determinazzjoni tal-mument li fih il-qorti tkun adita - Kunċett ta’ “mument li fih ir-rikors promotur jew att ekwivalenti jiġi ppreżentat quddiem il-qorti”))
(2016/C 343/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M. H.
Konvenuta: M.H.
Dispożittiv
L-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“mument li fih ir-rikors promotur jew att ekwivalenti jiġi ppreżentat quddiem il-qorti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, huwa l-mument li fih issir din il-preżentata quddiem il-qorti kkonċernata, anki jekk skont id-dritt nazzjonali, tali preżentata ma tikkostitwixxix, fiha nfisha, il-bidu tal-proċedura b’effett immedjat.
(1) ĠU C 211, 13.06.2016