11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – (ir-Renju Unit)– Stephen Fisher, Anne Fisher, Peter Fisher vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-192/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 355, punt 3, TFUE - L-istatus ta’ Ġibiltà - Artikolu 49 TFUE - Artikolu 63 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Sitwazzjoni purament interna))
(2017/C 424/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stephen Fisher, Anne Fisher, Peter Fisher
Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Dispożittiv
L-Artikolu 355, punt 3, TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 49 TFUE jew l-Artikolu 63 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment jew tal-libertà għall-moviment liberu tal-kapital minn ċittadini Brittaniċi bejn ir-Renju Unit u Ġibiltà jikkostitwixxi, fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati għal Stat Membru wieħed.
(1) ĠU C 200, 6.6.2016.