27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna) – il-Bulgarija – “MIP-TS” OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna
(Kawża C-222/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali - Regolament (KE) Nruo1225/2009 - Artikolu 13 - Evitar - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 - Drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Dazji antidumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 437/2012 u (UE) Nru 21/2013 - Spedizzjoni mit-Tajlandja - Estensjoni tad-dazju antidumping - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni))
(2017/C 063/16)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“MIP-TS” OOD
Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Varna
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011, tat-3 ta’ Awwissu 2011, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dazju antidumping definittiv stabbilit f’din id-dispożizzjoni huwa applikabbli għal importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, li hemm referenza għalihom fl-imsemmija dispożizzjoni, iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u mwettqa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 437/2012, tat-23 ta’ Mejju 2012, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 791/2011, u li jissuġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, bħall-importazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta jkun stabbilit li dawn id-drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ fil-fatt joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
(1) ĠU C 243, 4.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy