31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – SC Exmitiani SRL vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj
(Kawża C-286/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Attività ta’ trasport bit-triq ta’ persuni - Impożizzjoni - Fatti li jippreċedu l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2017/C 249/18)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Exmitiani SRL
Konvenuta: Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Curtea de Apel Cluj (qorti tal-appell ta’ Cluj, ir-Rumanija).
(1) ĠU C 296, 16.8.2016.