27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tad-Dublin District Court – l-Irlanda) – proċeduri kriminali kontra Owen Pardue
(Kawża C-321/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Preambolu u Artikoli 6, 20, 41, 47 u 48 - Setgħat tal-awtorità nazzjonali responsabbli għat-tressiq ta’ proċeduri kriminali - Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2017/C 063/17)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Dublin District Court
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Owen Pardue
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mid-Dublin District Court (qorti distrettwali ta’ Dublin, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Mejju 2016.
(1) ĠU C 279, 1.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy