8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – proċedura kriminali kontra Wamo BVBA, Luc Cecile Jozef Van Mol
(Kawża C-356/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika))
(2018/C 005/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Wamo BVBA, Luc Cecile Jozef Van Mol
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproteġi s-saħħa pubblika kif ukoll id-dinjità u l-integrità tal-professjonisti tal-kirurġija estetika u tal-mediċina estetika billi tipprekludi lil kull persuna fiżika jew ġuridika milli xxerred reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika.
(1) ĠU C 335, 12.09.2016.