26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ April 2017 – Sharif University of Technology vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-385/16 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Miżuri restrittivi meħudin kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar tal-fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Kriterju bbażat fuq is-sostenn materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern Iranjan - Kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku fil-qasam militari jew fl-oqsma marbutin))
(2017/C 202/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Sharif University of Technology (rappreżentant: M. Happold, barrister)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Sharif University of Technology għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 335, 12.9.2016.