29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Potugall) – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP vs Maxiflor – Promoção e Comercialização de Plantas, Importação e Exportação, Lda
(Kawża C-491/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3(1) - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “programm pluriannwali” - Kamp ta’ applikazzjoni))
(2018/C 032/07)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP
Konvenuta: Maxiflor – Promoção e Comercialização de Plantas, Importação e Exportação, Lda
Dispożittiv
1)
L-ewwel u t-tielet domanda magħmula mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall) huma manifestament inammissibbli.
2)
It-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [tal-Komunitajiet Ewropej], għandha tiġi interpretata fis-sens li programm operattiv, fis-sens tal-Artikolu 9(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali, bħalma huwa l-programm operattiv “Agrikoltura u żvilupp rurali”, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 2878, tat-30 ta’ Ottubru 2000, ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “programm pluriannwali”, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, sakemm dan il-programm ma kienx diġà jipprevedi azzjonijiet konkreti li kellhom jiġu implimentati, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 441, 28.11.2016.