29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Versailles – Franza) – Enedis, SA vs Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS
(Kawża C-515/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikoli 107 u 108 TFUE - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Elettriku minn enerġija solari - Obbligu ta’ xiri bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq - Kumpens sħiħ - Assenza ta’ komunikazzjoni minn qabel))
(2017/C 168/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Versailles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Enedis, SA
Konvenuti: Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li mekkaniżmu, bħal dak stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ obbligu ta’ xiri tal-elettriku ġġenerat mill-installazzjonijiet li jużaw l-enerġija tar-radjazzjoni solari bi prezz ogħla minn dak tas-suq u li l-finanzjament tiegħu tħallas mill-konsumaturi finali tal-elettriku għandu jitqies bħala intervent mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat?
2)
L-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea ta’ miżura nazzjonali li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, huwa l-obbligu tal-qrati nazzjonali li jisiltu l-konsegwenzi kollha ta’ din l-illegalità, b’mod partikolari fir-rigward tal-validità tal-atti ta’ implementazzjoni ta’ din il-miżura?
(1) ĠU C 475, 19.12.2016.