3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-27 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureș – ir-Rumanija) – Michael Tibor Bachman vs FAER IFN SA
(Kawża C-535/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 2(b) - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kunċett ta’ “konsumatur” - Persuna fiżika li kkonkludiet kuntratt ta’ novazzjoni ma’ stabbiliment ta’ kreditu sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ rimbors ta’ krediti kkuntrattati minn kumpannija fil-konfront ta’ dan l-istabbiliment))
(2017/C 213/17)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Specializat Mureș
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Michael Tibor Bachman
Konvenuta: FAER IFN SA
Dispożittiv
L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li, wara novazzjoni, impenjat ruħha, b’kuntratt, fil-konfront ta’ stabbiliment ta’ kreditu li tirrimborsa krediti inizjalment mogħtija lil kumpannija għall-finijiet tal-attività tagħha, tista’ titqies bħala konsumatur, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din il-persuna fiżika ma għandhiex rabta manifesta ma’ din il-kumpannija u meta hija aġixxiet b’dan il-mod għal finijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tal-attività professjonali tagħha, iżda minħabba r-rabtiet tagħha mal-persuna li kienet tikkontrolla l-imsemmija kumpannija kif ukoll mal-persuna li ffirmat kuntratti anċillari għall-kuntratti ta’ kreditu inizjali (kuntratti ta’ garanzija jew ta’ garanzija immobiljari/ipoteka).
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.