11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ottubru 2017 – Greenpeace Energy eG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-640/16P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Artikolu 263 TFUE - Ammissibbiltà - Għajnuna ppjanata mir-renju Unit favur l-unità C taċ-ċentrali nukleari ta’ Hinkley Point - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Locus standi - Appellant li ma huwiex ikkonċernat individwalment))
(2017/C 424/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Greenpeace Energy eG (rappreżentanti: D. Fouquet, J. Nysten u S. Michaels, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck-Putz, , P. Němečková u T. Maxian Rusche, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Bousin, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: D. Robertson, aġent)
Dispożittiv
1.
L-appell huwa miċħud.
2.
Greenpeace Energy eG hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 38, 06.02.2017.