5.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 83/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Amber Capital Italia Sgr SpA (C-654/16), Amber Capital Uk Llp (C-654/16), Bluebell Partners Limited (C-657/16), Elliot International LP (C-658/16), The Liverpool Limited Partnership (C-658/16), Elliot Associates LP (C-658/16) vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
(Kawżi magħquda C-654/16, C-657/16 u C-658/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2004/25/KE - Offerti ta’ xiri - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) - Possibbiltà li jiġi emendat il-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iffissar tal-prezz tal-offerta għall-prezz ikkonstatat fil-każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew persuni li jkunu qed jaġixxu bi ftehim miegħu u bejjiegħ jew numru ta’ bejjiegħa - Kunċett ta’ “kriterju ddeterminat b’mod ċar”))
(2018/C 083/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Amber Capital Italia Sgr SpA (C-654/16), Amber Capital Uk Llp (C-654/16), Bluebell Partners Limited (C-657/16), Elliot International LP (C-658/16), The Liverpool Limited Partnership (C-658/16), Elliot Associates LP (C-658/16)
Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
Fil-preżenza ta’: Hitachi Railltaly Investments Sri, Hitachi Railltaly SpA, Ansaldo Sts SpA (C-654/16), Finmeccanica SpA
Dispożittiv
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtorità nazzjonali ta’ kontroll iżżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri fil-każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaġixxu bi ftehim miegħu u bejjiegħ jew numru ta’ bejjiegħa, billi sempliċement tipprovdi, fir-rigward tal-prezz li għalih din l-offerta tista’ tiġi emendata, li dan jikkorrispondi għall-prezz ikkonstatat minn din l-awtorità, sa fejn dan il-prezz jista’ jitnaqqas b’mod suffiċjentement ċar, preċiż u prevedibbli mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kollha, permezz ta’ metodi ta’ interpretazzjoni rikonoxxuti mid-dritt intern.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017