8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Hitachi Rail Italy Investments Srl (C-655/16), Finmeccanica SpA (C-656/16) vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
(Kawżi magħquda C-655/16 u C-656/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2004/25/KE - Offerti pubbliċi ta’ xiri - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) - Possibbiltà ta’ tibdil fil-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità ta’ superviżjoni li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent u l-bejjiegħ))
(2018/C 005/21)
Lingwa tal-kawża: l-Italja
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hitachi Rail Italy Investments Srl (C-655/16), Finmeccanica SpA (C-656/16)
Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
fil-preżenza ta’: Amber Capital Italia Sgr SpA, Amber Capital Uk Llp, Bluebell Partners Limited, Elliot International Lp, The Liverpool Limited Partnership, Elliot Associates L.P.
Dispożittiv
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Nru 2004/25/KE, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali, li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ “kollużjoni”, mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkaratterizza dan il-kunċett, sakemm l-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett tista’ tiġi dedotta b’mod suffiċjentement ċar, preċiż u prevedibbli minn din il-leġiżlazzjoni, permezz ta’ metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti mid-dritt intern.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.