5.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 83/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Jannar 2018 – Monster Energy Company vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-678/16) (1)
((Appell - Regoli tal-Proċedura - Artikolu 181 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “HotoGo self-heating can technology” - Trade mark kumplessa - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Oppożizzjoni - Ċaħda - Appell manifestament inammissibbli”))
(2018/C 083/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Monster Energy Company (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.