KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
WATHELET
ippreżentati fis-7 ta’ Settembru 2017 ( 1 )
Kawżi magħquda C‑66/16 P sa C‑69/16 P u Kawżi C‑70/16 P u C‑81/16 P
Comunidad Autónoma del País Vasco,
Itelazpi SA (C‑66/16 P),
Comunidad Autónoma de Cataluña,
Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) (C‑67/16 P),
Navarra de Servicios y Tecnologías SA (C‑68/16 P),
Cellnex Telecom SA, li kienet Abertis Telecom SA,
Retevisión I SA (C‑69/16 P)
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
u
Comunidad Autónoma de Galicia,
Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (C‑70/16 P)
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
u
Ir-Renju ta’ Spanja (C‑81/16 P)
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati – Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri – Deċiżjoni li tiddikjara parzjalment il-miżuri ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Definizzjoni – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri”
Introduzzjoni
1.
Permezz tal-appelli tagħhom, il-Comunidad Autónoma del País Vasco (il-komunità awtonoma tal-País Vasco, Spanja) u Itelazpi SA (C‑66/16 P), il-Comunidad Autónoma de Cataluña (il-komunità awtonoma tal-Cataluña, Spanja) u s-Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) (C‑67/16 P), Navarra de Servicios y Tecnologías SA (C‑68/16 P) Cellnex Telecom SA u Retevisión I SA (C‑69/16 P), il-Comunidad Autónoma de Galicia (il-komunità awtonoma ta’ Galicia, Spanja) u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) (C‑70/16 P) kif ukoll ir-Renju ta’ Spanja (C‑81/16 P), jitolbu l-annullament tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899), tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T-464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901), u tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891) (iktar ’il quddiem, flimkien, is-“sentenzi appellati”), li permezz tagħhom din ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/10) (ex NN 36/10, ex CP 163/09)] implementata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU 2014, L 217, p. 52, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).
2.
F’konformità mat-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-konklużjonijiet ser jiffokaw fuq aggravju komuni li jinsab fil-qalba tas-sitt appelli u li jeħtieġ interpretazzjoni tas-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C‑280/00, EU:C:2003:415), (iktar ’il quddiem is-“sentenza Altmark”), u tal-Artikolu 106(2) TFUE.
3.
Fil-fatt, fil-premessi 119 sa 126 u 172 ( 2 ) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni Ewropea qieset li filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali kellhom jiddefinixxu servizz pubbliku jew servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (iktar ’il quddiem is-“SIEĠ”) b’mod ċar u jafdawh lil impriża partikolari f’konformità kemm mas-sentenza Altmark kif ukoll mal-Artikolu 106(2) TFUE, l-awtoritajiet Spanjoli inkwistjoni ma kinux iddefinixxew b’mod ċar it-tħaddim ta’ pjattaforma tax-xandir terrestri bħala servizz pubbliku jew SIEĠ.
4.
Ir-rikorrenti fis-sentenzi appellati ppreżentaw rikorsi quddiem il-Qorti Ġenerali bejn it-30 ta’ Awwissu 2013 u d-9 ta’ Ottubru 2013 intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Fost il-motivi mqajma insostenn tar-rikorsi rispettivi tagħhom, ir-rikorrenti kkontestaw l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni fil-premessi 119 sa 126 u 172 ( 3 ) tad-deċiżjoni tagħha. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn ir-rikorsi.
5.
L-aggravju komuni għas-sitt appelli huwa intiż, minn naħa, għall-preċiżazzjoni tal-limiti tal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark ( 4 ) u waħda mill-kundizzjonijiet imposti mill-Artikolu 106(2) TFUE, jiġifieri l-portata tar-rekwiżit ta’ definizzjoni “ċara” tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jew ta’ SIEĠ, u, min-naħa l-oħra, il-kwistjoni tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju li għandu jitħaddem f’dan ir-rigward.
Il-kuntest ġuridiku
6.
L-Artikolu 14 TFUE jipprovdi:
“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 93, 106 u 107 ta’ dan it-Trattat, u meta tikkonsidra l-post okkupat mis-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-valuri komuni ta’ l-Unjoni kif ukoll tar-rwol tagħhom li jippromwovu l-koeżjoni soċjali u territorjali, l-Unjoni u l-Istati Membri, skond il-poteri rispettivi tagħhom u fl-ambitu ta’ l-applikazzjoni tat-Trattati, għandhom jieħdu ħsieb li dawk is-servizzi joperaw fuq il-bażi ta’ prinċipji u kondizzjonijiet, b’mod partikolari ekonomiċi u finanzjarji, li jippermettulhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom. […]”
7.
L-Artikolu 106(2) TFUE jipprovdi s-segwenti:
“Kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta’ monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b’mod partikolari dawk li jirriferu għall-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b’mod kuntrarju għall-interessi ta’ l-Unjoni”.
8.
Il-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali, anness għat-Trattat UE, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mit-Trattat ta’ Lisbona, u għat-Trattat FUE (iktar ’il quddiem il-“Protokoll Nru 26”) jipprovdi s-segwenti:
“[…]
Artikolu 1
Il-valuri komuni ta’ l-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 14 [TFUE] jinkludu b’mod partikolari:
–
ir-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa ta’ l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovd[u], jikkummisjonaw u jorganizzaw is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali li jkunu qrib kemm jista’ jkun tal-ħtiġijiet ta’ l-utenti;
[…]
Artikolu 2
Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati ma jaffettwaw bl-ebda mod il-kompetenza ta’ l-Istati Membri li jipprovd[u], jikkummisjonaw u jorganizzaw is-servizzi non‑ekonomiċi ta’ interess ġenerali”.
9.
Il-Protokoll Nru 29 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri, anness għat-Trattat UE, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mit-Trattat ta’ Lisbona, u għat-Trattat FUE (iktar ’il quddiem il-“Protokoll Nru 29”) jipprovdi s-segwenti:
“[…]
Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta’ l-Istati Membri li jipprovdu għall-finanzjament ta’ servizz pubbliku ta’ xandir sa fejn dan il-finanzjament ikun mogħti lill-organizzazzjonijiet tax-xandir għat-twettiq tal-missjoni ta’ servizz pubbliku kif mogħtija, definita u organizzata minn kull Stat Membru, u sakemm dan il-finanzjament ma jaffettwax il-kondizzjonijiet ta’ kummerċ u l-kompetizzjoni fl-Unjoni sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni, waqt li jibqa’ jittieħed kont tat-twettiq tal-missjoni ta’ dak is-servizz pubbliku.”
Id-deċiżjoni kkontestata
10.
Dawn l-appelli jikkonċernaw miżuri implementati mill-awtoritajiet Spanjoli fil-kuntest tal-mogħdija mix-xandir analoġiku għax-xandir diġitali fi Spanja fit-territorju Spanjol kollu, ħlief għall-Comunidad Autónoma de Castilla-La-Mancha (komunità awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, Spanja). Din id-diġitalizzazzjoni, li tista’ titwettaq teknikament permezz ta’ pjattaformi terrestri, satellitari, bil-kejbil jew permezz tal-broadband fuq l-internet, tippermetti użu iktar effiċjenti tal-ispektrum tal-frekwenzi tar-radju.
11.
Ir-Renju ta’ Spanja stabbilixxa qafas leġiżlattiv għall-promozzjoni tal-proċess ta’ tranżizzjoni mix-xandir analoġiku għax-xandir diġitali, b’mod partikolari bil-promulgazzjoni tal-Ley 10/2005 de Medidas Urgentes para el Impulso de la Televisión Digital Terrestre, de Liberalización de la Televisión por Cable y de Fomento del Pluralismo (Liġi 10/2005 li tistabbilixxi miżuri urġenti għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri, għal-liberalizzazzjoni tat-televiżjoni bil-kejbil u għat-tħeġġiġ tal-pluraliżmu), tal-14 ta’ Ġunju 2005 (BOE Nru 142, tal-15 ta’ Ġunju 2005, p. 20562, iktar ’il quddiem il-“Liġi 10/2005”), u r-Real Decreto 944/2005 por el que se aprueba el Plan técnico nacional de la televisión digital terrestre (Digriet Irjali 944/2005 li japprova l-programm tekniku nazzjonali favur it-televiżjoni diġitali terrestri), tad-29 ta’ Lulju 2005 (BOE Nru 181, tat-30 ta’ Lulju 2005, p. 27006, iktar ’il quddiem id-“Digriet Irjali 944/2005”). Dan id-digriet irjali impona fuq ix-xandara nazzjonali privati u pubbliċi l-obbligu li jiżguraw li 96 % u 98 % rispettivament tal-popolazzjoni jirċievu t-televiżjoni diġitali terrestri (TDT).
12.
Sabiex jippermettu l-mogħdija mit-televiżjoni analoġika għat-televiżjoni diġitali, l-awtoritajiet Spanjoli qasmu t-territorju Spanjol fi tliet żoni separati:
–
iż-żona I, li tinkludi 96 % tal-popolazzjoni Spanjola u fejn, peress li din iż-żona tqieset kummerċjalment profittabbli, l-ispiża tal-mogħdija għad-diġitali ġiet sostnuta mix-xandara pubbliċi u privati;
–
iż-żona II, li tinkludi reġjuni inqas urbani u mbiegħda li jirrappreżentaw 2.5 % tal-popolazzjoni Spanjola, fejn ix-xandara, fin-nuqqas ta’ interess kummerċjali, ma kinux investew fid-diġitalizzazzjoni, u dan wassal sabiex ikun hemm finanzjament pubbliku min-naħa tal-awtoritajiet Spanjoli;
–
iż-żona III, li tiġbor fiha 1.5 % tal-popolazzjoni Spanjola, fejn peress li t-topografija teskludi t-trażmissjoni tat-TDT, l-awtoritajiet Spanjoli kellhom jagħżlu l-pjattaforma satellitari.
13.
F’Settembru 2007, il-Consejo de Ministros (kabinett, Spanja) adotta l-programm nazzjonali għall-mogħdija għat-TDT li jimplementa l-programm tekniku nazzjonali previst mid-Digriet Irjali 944/2005. Dan il-programm qasam it-territorju Spanjol f’90 proġett tekniku għall-mogħdija lejn id-diġitali u stabbilixxa data limitu għat-tmiem tax-xandir analoġiku għal kull wieħed minn dawn il-proġetti. L-għan stabbilit f’dan il-programm kien li rata ta’ kopertura tal-popolazzjoni Spanjola bis-servizz TDT tilħaq rata simili għal dik milħuqa bit-televiżjoni analoġika fl-2007, jiġifieri iktar minn 98 % ta’ din il-popolazzjoni u l-popolazzjoni fit-totalità jew fil-kważi totalità tagħha fil-komunitajiet awtonomi tal-País Vasco, tal-Cataluña u ta’ Navarra.
14.
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ kopertura stabbiliti għat-TDT, l-awtoritajiet Spanjoli pprevedew l-għoti ta’ finanzjament pubbliku, b’mod partikolari insostenn tal-proċess ta’ diġitalizzazzjoni terrestri fiż-żona II u b’mod iktar partikolari fi ħdan il-komunitajiet awtonomi li jinsabu f’din iż-żona ( 5 ).
15.
Fit-18 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet ilment mingħand SES Astra SA, intervenjent fl-ewwel istanza, li kien jirrigwarda skema preżunta ta’ għajnuna min-naħa tal-awtoritajiet Spanjoli favur il-mogħdija mit-televiżjoni analoġika lejn it-televiżjoni diġitali fiż-żona II. Skont din l-intervenjenti, din il-miżura kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat mhux innotifikata li ħolqot distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-pjattaforma ta’ xandir terrestri u dik tax-xandir satellitari.
16.
Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni informat lir-Renju ta’ Spanja bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura msemmija fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni fit-territorju Spanjol kollu, ħlief għall-komunità awtonoma ta’ Castilla-La Mancha (Spanja), reġjun li fir-rigward tiegħu nfetħet proċedura indipendenti (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ ftuħ”). Permezz tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, fl-14 ta’ Diċembru 2010, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2010 C 337, p. 17), il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom.
17.
Wara li rċeviet l-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Spanjoli u ta’ partijiet interessati oħra, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata, li d-dispożittiv tagħha jipprovdi dan li ġej:
“Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-operaturi tal-pjattaforma tat-televiżjoni terrestri għat-tnedija, il-manutenzjoni u t-tħaddim tan-netwerk tat-televiżjoni diġitali terrestri fiż-Żona II u li ddaħħlet fis-seħħ b’mod illegali [mir-Renju ta’] Spanja fi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE hija inkompatibbli mas-suq intern, għajr għall-għajnuna li ngħatat f’konformità mal-kriterju tan-newtralità teknoloġika.
Artikolu 2
L-għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 ma tikkostitwixxi ebda għajnuna jekk, fiż-żmien li tingħata, hija tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti mir-regolament li ġie adottat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 [tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna Statali orizzontali, applikabbli fiż-żmien li tingħata l-għajnuna, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 312].
Artikolu 3
[Ir-Renju ta’] Spanja għand[u] [j]irkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 mingħand l-operaturi tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri, kemm jekk irċevew l-għajnuna direttament jew indirettament.
[…]
Artikolu 4
L-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
[…]
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.”
18.
Sabiex timmotiva d-deċiżjoni kkontestata ( 6 ), il-Kummissjoni qieset li l-miżura inkwistjoni kellha titqies bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE ( 7 ). Hija qieset li l-operaturi tal-pjattaforma tat-TDT kienu l-benefiċjarji diretti tal-għajnuna ( 8 ), filwaqt li l-operaturi ta’ netwerk li kienu pparteċipaw fis-sejħiet għal offerti relatati mal-estensjoni tal-kopertura TDT kienu l-benefiċjarji indiretti tal-għajnuna ( 9 ). Il-Kummissjoni qieset b’mod partikolari li l-vantaġġ ta’ din il-miżura għal dawn l-aħħar operaturi kien selettiv, għaliex tali miżura kienet ta’ benefiċċju biss għas-settur tax-xandir u, f’dan is-settur, l-istess miżura kienet tikkonċerna biss lill-impriżi li kienu joperaw fis-suq tal-pjattaforma terrestri ( 10 ).
19.
Skont id-deċiżjoni kkontestata, l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw, bħala l-aħjar u l-uniku eżempju, il-każ tal-komunità awtonoma tal-País Vasco (Spanja), fejn id-diġitalizzazzjoni kienet ġiet implementata mill-impriża pubblika Itelazpi, sabiex jinvokaw l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat skont il-kriterji imposti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Altmark ( 11 ). Il-Kummissjoni madankollu qieset li l-ewwel kundizzjoni ta’ din is-sentenza, li skontha l-impriża benefiċjarja għandha tkun effettivament inkarigata mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku u li skontha dawn l-obbligi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar, ma kinitx issodisfatta ( 12 ). Hija qieset ukoll li l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 106(2) TFUE ma setgħetx tiġi invokata ( 13 ).
20.
F’dan ir-rigward, il-premessi 119 sa 126 tad-deċiżjoni kkontestata intitolati “[l]-ewwel kondizzjoni ta’ Altmark: Definizzjoni ċara u l-assenjazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku” jipprovdu:
“(119)
Il-liġi Spanjola ma tiddikjarax l-operat [tħaddim] ta’ netwerk terrestri bħala servizz pubbliku. Il-[Ley General de Telecomunicaciones (Liġi [ġenerali] dwar it-Telekomunikazzjoni)] tal-1998 ( 14 ) tgħid li s-servizzi tat-telekomunikazzjoni, inkluż l-operat tan-netwerks li jappoġġjaw ir-radju u t-televiżjoni, huma servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, iżda ma għandhomx l-istatus ta’ servizzi pubbliċi, li huma riservati biss għal numru limitat ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni ( 15 ). Il-Liġi [ġenerali] dwar it-Telekomunikazzjoni fis-seħħ bħalissa ( 16 ) iżżomm l-istess kwalifika. Is-servizzi ta’ trasmissjoni għax-xandir tat-televiżjoni, jiġifieri t-trasportazzjoni tas-sinjali permezz tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni, huma meqjusa bħala servizzi ta’ telekomunikazzjoni u, bħala tali, huma servizzi ta’ interess ġenerali iżda mhux servizzi pubbliċi ( 17 ).
(120)
Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar it-Telekomunikazzjoni huma teknoloġikament newtrali. L-Artikolu 1 tal-Liġi jiddefinixxi t-telekomunikazzjoni bħala esplojtazzjoni [tħaddim] tan-netwerks u l-provvista ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u l-faċilitajiet assoċjati. It-telekomunikazzjoni hija t-trasmissjoni ta’ sinjali permezz ta’ kwalunkwe netwerk ta’ telekomunikazzjoni iżda, b’mod partikolari, mhux permezz tan-netwerk terrestri ( 18 ). Barra minn hekk, l-Artikolu 3 tal-Liġi jispeċifika, bħala wieħed mill-objettivi tiegħu, il-ħtieġa li tiġi inkoraġġita, kemm jista’ jkun possibbli, in-newtralità teknoloġika fir-regolamentazzjoni.
(121)
Għalkemm il-liġi fis-seħħ u applikabbli fiż-żmien tat-trasferiment tal-fondi lil Itelazpi ddefinixxiet ix-xandir pubbliku bħala servizz pubbliku, skont il-Kummissjoni, mhuwiex possibbli li din id-definizzjoni tiġi estiża għall-operat ta’ pjattaforma ta’ appoġġ partikolari. Barra minn hekk, fejn jeżistu bosta pjattaformi ta’ trasmissjoni, pjattaforma waħda partikolari ma tistax titqies bħala ‘essenzjali’ għat-trasmissjoni tas-sinjali tax-xandir. Għaldaqstant, kienet tikkostitwixxi żball ovvju li kieku l-leġiżlazzjoni Spanjola ddikjarat l-użu ta’ pjattaforma partikolari għat-trasmissjoni tas-sinjali tax-xandir bħala servizz pubbliku.
(122)
Għaldaqstant, [għandu jiġi] konkluż li, skont il-liġi Spanjola, l-operat ta’ netwerks terrestri ma għandux l-istatus ta’ servizz pubbliku.
(123)
L-awtoritajiet Baski jsostnu li l-assenjazzjoni tal-provvista ta’ dan is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali lil Itelazpi hija espliċitament inkluża fil-Konvenzjonijiet li ġew konklużi bejn il-Gvern Bask, [Euskadiko Udalen Elkartea, Asociación de Municipios Vascos, EUDEL (Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Ibliet Baski, EUDEL)] u t-tliet Kunsilli Reġjonali Baski.
(124)
Fil-Konvenzjonijiet, l-amministrazzjoni Baska tirrikonoxxi li valuri bħall-aċċess universali għall-informazzjoni u l-pluralità tal-informazzjoni jeħtieġu l-universalizzazzjoni tat-televiżjoni mingħajr ħlas u timpenja ruħha li tissalvagwardja dawn il-valuri billi testendi l-kopertura tal-multiplexes tal-Istat ( 19 ). Madankollu, fil-Konvenzjonijiet ma hemm ebda dispożizzjoni li fil-fatt tissuġġerixxi li l-operat ta’ netwerk terrestri jitqies bħala servizz pubbliku. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kliem tal-Konvenzjonijiet mhuwiex biżżejjed sabiex jistabbilixxi b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-missjoni tas-servizz pubbliku u, abbażi ta’ dan, ma jistax jiġi sostnut li t-trasmissjoni permezz tan-netwerks terrestri hija servizz pubbliku.
(125)
B’riżultat ta’ dan, ma ġiex stabbilit li l-ewwel kondizzjoni ta’ Altmark ġiet issodisfata.
(126)
Il-kriterji stabbiliti fis-sentenza ta’ Altmark huma kumulattivi, jiġifieri huma għandhom jiġu ssodisfati kollha sabiex il-miżura ma titqiesx bħala għajnuna mill-Istat. F[id-dawl tal-fatt] li l-ewwel kriterju ma [ġiex] issodisfat, il-finanzjament mogħti lil Itelazpi mill-awtoritajiet tal-Pajjiż Bask ma jikkwalifikax bħala kumpens għall-provvista ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali”.
21.
Il-premessa 172 tad-deċiżjoni kkontestata, intitolata “L-Artikolu 106(2) tat-TFUE”, tipprovdi dan li ġej:
“L-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 106(2) li tista’ tapplika għall-kumpens tal-Istat għall-ispejjeż tal-provvista ta’ servizz pubbliku ma tistax tiġi invokata la f’dan il-każ b’mod ġenerali u lanqas fil-każ tal-Pajjiż Bask b’mod partikolari. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-awtoritajiet nazzjonali (jew reġjonali) għandhom jiddefinixxu [s-SIEĠ] b’mod ċar u jafdawh lil impriża partikolari. Kif ġie evalwat fil-paragrafi 119 sa 122, huwa kkunsidrat li l-awtoritajiet Spanjoli u Baski naqsu milli jiddefinixxu b’mod ċar l-operat [tħaddim] ta’ pjattaforma terrestri bħala servizz pubbliku.”
Is-sentenzi appellati
22.
Fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900), u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898), ir-rikorrenti fformulaw motiv mislut mill-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn il-Kummissjoni kienet ikkonstatat bi żball l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat.
23.
Dan il-motiv kien ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali bħala infondat.
24.
Il-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari, ċaħdet l-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-miżura kontenzjuża ma setgħetx tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE fin-nuqqas tal-għoti ta’ vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji, sa fejn il-kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark kienu ssodisfatti.
25.
Fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899), ir-rikorrent ifformula motiv, mislut b’mod sussidjarju minn ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE u tal-Protokoll Nru 29.
26.
Dan il-motiv kien ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali bħala infondat.
27.
F’dawn l-erba’ kawżi, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod partikolari li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet żball meta qieset li, fl-assenza ta’ definizzjoni ċara u preċiża tas-servizz inkwistjoni bħala servizz pubbliku, l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark ma kienx issodisfatt ( 20 ).
28.
Barra minn hekk, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901), il-Qorti Ġenerali ċaħdet motiv imqajjem b’mod sussidjarju mislut minn ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE. B’mod partikolari, din qieset li r-rikorrenti ma kinux urew li l-Kummissjoni kienet qieset bi żball li, fl-assenza ta’ definizzjoni ċara tas-servizz ta’ tħaddim ta’ netwerk terrestri bħala servizz pubbliku, l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark ma kinitx issodisfatta ( 21 ).
29.
Fl-aħħar nett, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891), il-Qorti Ġenerali ċaħdet motiv mislut minn ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE. Permezz ta’ dan il-motiv, ir-Renju ta’ Spanja kien sostna b’mod partikolari li l-miżura inkwistjoni kienet tikkostitwixxi SIEĠ u li l-ewwel kundizzjoni prevista mis-sentenza Altmark kienet issodisfatta. Fil-punt 75 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891), il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet żball meta qieset li, fl-assenza ta’ definizzjoni ċara tas-servizz ta’ tħaddim ta’ netwerk terrestri bħala servizz pubbliku, l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark ma kienx issodisfatt.
Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
30.
Permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Marzu 2017, il-kawżi Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi, SA vs Il-Kummissjoni (C‑66/16 P), Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (C‑67/16 P), Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (C‑68/16 P), kif ukoll Cellnex Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (C‑69/16 P), ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza.
31.
F’dawn il-kawżi, il-komunità awtonoma tal-País Vasco u Itelazpi, il-komunità awtonoma tal-Cataluña u CTTI, Navarra de Servicios y Tecnologías, Cellnex Telecom u Retevisión I, SES Astra u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.
32.
Barra minn hekk, fil-Kawża C‑70/16 P, il-komunità awtonoma ta’ Galicia u Retegal, SES Astra u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Fl-aħħar nett, fil-Kawża C‑81/16 P, ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.
33.
Fi tmiem din il-fażi bil-miktub tal-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja, f’konformità mal-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, qieset li għandha biżżejjed informazzjoni fis-sitt appelli sabiex tkun tista’ tiddeċiedi mingħajr seduta għas-sottomissjonijiet orali.
L-argumenti tal-partijiet
Fuq il-Kawżi magħquda C‑66/16 P sa C‑69/16 P ( 22 )
34.
Dawn l-appelli huma bbażati fuq aggravju uniku maqsum f’sitt partijiet. Kif indikat fil-punt 2 ta’ dawn il-konklużjonijiet, ser niffoka l-konklużjonijiet tiegħi fuq l-ewwel u t-tieni partijiet tal-aggravju uniku.
35.
Permezz tal-ewwel parti tal-aggravju uniku tagħhom, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali wettqet applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, li skontha d-definizzjoni tas-SIEĠ minn Stat Membru tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss f’każ ta’ żball manifest ( 23 ).
36.
Ir-rikorrenti jsostnu li, sabiex tivvalida l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq l-unika raġuni li d-definizzjoni tas-SIEĠ inkwistjoni mill-awtoritajiet Spanjoli ma kinitx “ċara u preċiża” biżżejjed, mingħajr, barra minn hekk, ma qieset li tali definizzjoni kienet “manifestament żbaljata”. Għall-kuntrarju, il-Qorti Ġenerali ma tikkontestax il-fatt li kien hemm nuqqas ta’ sejħa għal offerti u lanqas li s-servizz inkwistjoni kien attività li tista’ tiġi kklassifikata bħala SIEĠ.
37.
B’dan, il-Qorti Ġenerali qabżet manifestament il-limitu tal-istħarriġ tal-iżball manifest stabbilit mill-Artikolu 14 TFUE, l-Artikolu 106(2) TFUE, l-Artikolu 107(1) TFUE u mill-Protokoll Nru 26.
38.
Il-Kummissjoni tqis li l-ewwel parti tal-aggravju uniku hija ineffettiva jew, fi kwalunkwe każ, infondata.
39.
Hija tfakkar li s-sentenza Altmark teżiġi li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jinkarigaw lill-operatur ikkonċernat b’missjoni ta’ SIEĠ permezz ta’ att tal-awtorità pubblika li jiddefinixxi b’mod ċar l-obbligi inkwistjoni ( 24 ). F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali, abbażi tal-atti ppreżentati lilha, ikkonkludiet li l-ebda wieħed minnhom ma kien jiddefinixxi t-tħaddim ta’ netwerk tat-TDT fiż-żona II bħala SIEĠ, la fil-livell nazzjonali u lanqas fil-livell reġjonali.
40.
Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni li, qabel ma tittratta l-kwistjoni tal-eżistenza, jew tal-assenza, ta’ żball manifest fid-definizzjoni u l-għoti ta’ SIEĠ, il-Qorti Ġenerali kellha tiddetermina jekk kienx hemm att (jew diversi atti) tal-awtorità pubblika li skontu (jew skonthom) l-operatur kien inkarigat b’missjoni ta’ SIEĠ, li ma huwiex il-każ f’din il-kawża. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li applikat bi żball il-kriterju tal-iżball manifest, peress li l-Qorti Ġenerali llimitat ruħha li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet minimi stabbiliti għal dan l-għan mill-ġurisprudenza kinux issodisfatti.
41.
SES Astra hija tal-fehma li l-ewwel parti tal-aggravju hija inammissibbli u, fi kwalunkwe ipoteżi, infondata.
42.
Fil-fatt, permezz ta’ din l-ewwel parti, ir-rikorrenti fir-realtà jikkontestaw biss evalwazzjoni fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali, li ma tistax tkun suġġetta għal appell. Skont SES Astra, il-kwistjoni dwar jekk l-ewwel kundizzjoni stabbilita mis-sentenza Altmark hijiex issodisfatta hija kwistjoni ta’ ordni fattwali li għandha tiġi deċiża mill-Qorti Ġenerali, bil-Qorti tal-Ġustizzja jkollha biss il-kompetenza li tiddetermina, f’tali każ, jekk il-Qorti Ġenerali żnaturatx il-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni, għamlitx konstatazzjonijiet li jmorru manifestament kontra l-kontenut tagħhom u tatx, għall-finijiet li tikkonstata l-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, lill-grupp tal-elementi kollha portata li ma tixraqlux fil-konfront tal-elementi l-oħra ( 25 ).
43.
Permezz tat-tieni parti tal-aggravju uniku tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li s-sentenzi inkwistjoni huma vvizzjati b’inkoerenza, sa fejn il-Qorti Ġenerali fihom qieset li, sabiex taqa’ taħt setgħa diskrezzjonali wiesgħa rrikonoxxuta lill-Istati Membri, l-għażla ta’ teknoloġija partikolari għandha tkun inkluża fid-definizzjoni stess tas-SIEĠ ( 26 ) filwaqt li fihom qieset, barra minn hekk, li bid-definizzjoni tas-servizz ta’ tħaddim tat-TDT bħala SIEĠ, l-awtoritajiet Spanjoli ma kellhomx jiddiskriminaw kontra l-pjattaformi l-oħra ( 27 ).
44.
Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrenti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li d-definizzjoni tas-SIEĠ inkwistjoni ma kinitx ċara u preċiża biżżejjed sa fejn din ma kinitx issemmi teknoloġija partikolari. Fil-fatt, is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li t-Trattat jagħti lill-Istati Membri ma tippermettilhomx biss li “jiddefinixxu” s-SIEĠ, iżda wkoll li “jipprovd[u], jikkummisjonaw u jorganizzaw” dan, bħalma tindika b’mod ċar, barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali fis-sentenzi inkwistjoni ( 28 ). Din is-setgħa tirriżulta mill-Protokoll Nru 26 u mill-Protokoll Nru 29, kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali ( 29 ).
45.
Skont ir-rikorrenti, l-Istati Membri ma għandhomx biss l-għażla li jinkludu fid-definizzjoni tas-SIEĠ il-modalità tal-provvista ta’ dan is-servizz, iżda wkoll li jipprovduh u jorganizzawh skont il-modalitajiet li dawn l-Istati Membri jqisu xierqa, mingħajr ma l-Kummissjoni tkun tista’ tikkontesta din l-għażla. Għalhekk, billi llimitat is-setgħa diskrezzjonali tal-imsemmija Stati Membri għad-definizzjoni biss tas-SIEĠ, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali stess inċidentalment qieset li d-deċiżjoni kkontestata kienet ivvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn din qieset li l-inklużjoni tat-teknoloġija terrestri fid-definizzjoni tas-SIEĠ kienet tikkostitwixxi f’kull każ żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.
46.
Għaldaqstant, ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kellha teżiġi li l-Kummissjoni teżamina, fl-ewwel lok, jekk l-Istat Membru kienx wettaq żball manifest fid-definizzjoni tas-SIEĠ inkwistjoni, irrispettivament mill-kwistjoni dwar jekk il-modalitajiet konkreti tal-provvista ta’ dan is-servizz kinux mogħtija b’mod espliċitu. Fit-tieni lok, l-eżami kellu jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk, bl-għażla ta’ forma konkreta ta’ provvista tal-imsemmi servizz, f’dan il-każ it-teknoloġija terrestri, dan l-Istat Membru kienx wettaq żball manifest.
47.
Il-Kummissjoni tqis li l-argument li fuqu hija bbażata din it-tieni parti huwa ineffettiv, peress li jmur kontra l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-awtoritajiet Spanjoli ma setgħux jinvokaw l-eżistenza ta’ SIEĠ fin-nuqqas ta’ att tal-għoti, konformi mad-dritt tal-Unjoni, li jafda f’idejn ċerti impriżi l-missjoni li jipprovdu s-servizz ta’ tħaddim tan-netwerk tat-TDT fiż-żona II ( 30 ).
48.
Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Istati Membri biex jiddefinixxu dak li huma jqisu bħala SIEĠ hija limitata mill-obbligu li josservaw il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ( 31 ) kif ukoll il-kriterju tal-proporzjonalità ( 32 ). Għaldaqstant, kif qieset ġustament il-Qorti Ġenerali ( 33 ), din is-setgħa ma hijiex illimitata u ma tistax tiġi eżerċitata b’mod arbitrarju għall-finijiet biss li settur partikolari, bħas-settur tat-telekomunikazzjoni, jevita l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni ( 34 ).
49.
SES Astra tqis ukoll li t-tieni parti hija ineffettiva, peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tiddefinixxix b’mod ċar il-forniment ta’ pjattaforma terrestri fiż-żona II bħala SIEĠ. Barra minn hekk, sa fejn din il-parti tikkontesta l-konstatazzjonijiet ta’ fatti magħmula mill-Qorti Ġenerali, din hija wkoll inammissibbli.
50.
Sussidjarjament, SES Astra tallega li r-rikorrenti qraw b’mod żbaljat is-sentenzi inkwistjoni ( 35 ), peress li huma jaffermaw li l-Qorti Ġenerali llimitat ruħha biex tirrikonoxxi marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri biss fir-rigward tad-definizzjoni tas-SIEĠ u mhux fir-rigward tal-provvista, tal-kummissjonar jew tal-organizzazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza invokata mir-rikorrenti biex jiġġustifikaw il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fl-organizzazzjoni tas-SIEĠ ( 36 ) ma hijiex rilevanti f’dan il-każ. Fl-aħħar nett, SES Astra ssostni li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ tal-Istati Membri huwa limitat mill-osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ( 37 ). Għalhekk, meta huma jiddeċiedu li jinkludu teknoloġija speċifika fid-definizzjoni tas-SIEĠ, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkollhom jiżguraw l-osservanza ta’ dawn il-prinċipji u, b’mod partikolari, kif qieset il-Qorti Ġenerali ( 38 ), tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika.
Fuq il-Kawża C‑70/16 P, Communidad Autónoma de Galicia, Redes de Telecommunicación Galegas Retegal SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
51.
Dan l-appell huwa bbażat fuq erba’ aggravji. Kif indikajt fil-punt 2 ta’ dawn il-konklużjonijiet, ser niffoka l-konklużjonijiet tiegħi fuq l-ewwel u t-tieni partijiet tar-raba’ aggravju.
52.
L-ewwel parti tar-raba’ aggravju hija misluta minn żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-injorar tas-setgħa diskrezzjonali li jgawdu minnha l-Istati Membri biex jiddefinixxu SIEĠ.
53.
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti Ġenerali llimitat ruħha li teskludi, fil-prinċipju, il-fatt li t-tħaddim ta’ netwerk terrestri tat-televiżjoni diġitali jkun iddefinit bħala servizz pubbliku. Huma jqisu li l-Qorti Ġenerali ma analizzatx it-tnax‑il dispożizzjoni addizzjonali tad-Digriet Irjali 944/2005 għall-finijiet li tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa mis-sentenza Altmark għad-definizzjoni tas-servizz ta’ appoġġ fiż-żona II bħala servizz pubbliku humiex issodisfatti. Skont ir-rikorrenti, id-Digriet Irjali 944/2005 jawtorizza lill-amministrazzjonijiet territorjali jeżerċitaw l-imsemmija attività li, inkella, tkun ipprojbita lilhom. Din id-dispożizzjoni nazzjonali timplika, definittivament, l-għoti ta’ setgħa pubblika ġenwina, bl-għan li jiġi pprovdut servizz pubbliku. Huma jinnotaw li l-missjoni ta’ servizz pubbliku ġiet ikkonkretizzata ulterjorment f’atti suċċessivi “permezz ta’: i) il-ftehim qafas tas-sħubija u l-addendum segwenti tiegħu konkluż bejn l-amministrazzjoni ġenerali tal-Istat u l-[K]omunità awtonoma ta’ Galicia fil-kuntest tal-proċess ta’ diġitalizzazzjoni u, imbagħad, permezz ta’ ii) il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ffirmati bejn l-[K]omunità awtonoma ta’ Galicia u l-kunsilli differenti taż-żona II […]”.
54.
Ir-rikorrenti jsostnu li s-servizz kif ġie mfassal u kif huwa pprovdut fil-kundizzjonijiet previsti fit-tnax‑il dispożizzjoni addizzjonali tad-Digriet Irjali 944/2005 u fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet huwa servizz pubbliku li l-provvista tiegħu hija rriżervata għall-amministrazzjonijiet pubbliċi territorjali taż-żona II u li, konsegwentement, fil-livell tal-Unjoni, huwa SIEĠ. Huma jsostnu li l-atti uffiċjali jafdaw il-missjoni tas-servizz pubbliku f’idejn il-kunsilli, bi sħubija mal-komunità awtonoma. Huma jinnotaw li l-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ Galicia ma kkonsistiex fil-ħolqien ta’ netwerk li jista’ jitħaddem b’mod kummerċjali, u lanqas fit-tħaddim tan-netwerk maħluq b’dan il-mod, iżda fl-adattament tan-netwerk taċ-ċentri analoġiċi eżistenti li jappartjenu għall-kunsilli, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jkomplu jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom is-servizz ta’ appoġġ tas-sinjal tat-televiżjoni fil-kundizzjonijiet stabbiliti mit-tnax‑il dispożizzjoni addizzjonali tad-Digriet Irjali 944/2005.
55.
Fir-rigward tal-kwistjoni jekk l-obbligi ta’ servizz pubbliku humiex iddefiniti sew fl-atti uffiċjali, ir-rikorrenti jinnotaw li t-tnax‑il dispożizzjoni addizzjonali tad-Digriet Irjali 944/2005 tippreċiża li s-servizz li l-forniment tiegħu huwa fdat f’idejn l-amministrazzjonijiet territorjali huwa dak tax-“xandir liċ-ċittadini tagħhom tas-servizz tat-televiżjoni diġitali terrestri”. Huma jżidu li n-natura vinkolanti u universali tal-missjoni ta’ servizz pubbliku hija wkoll mingħajr dubju fir-rigward tal-atti uffiċjali li jafdaw f’idejhom il-missjoni inkwistjoni.
56.
Huma jinnotaw li, skont ġurisprudenza stabbilita, peress li l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tad-definizzjoni ta’ dak li huma jikkunsidraw bħala SIEĠ, din id-definizzjoni tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss f’każ ta’ “żball manifest” ( 39 ). Skont ir-rikorrenti, il-portata tal-istħarriġ imwettaq mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni għandha neċessarjament tieħu inkunsiderazzjoni din il-limitazzjoni. Dan l-istħarriġ għandu madankollu jiżgura l-osservanza ta’ ċerti kriterji minimi li jirrigwardaw il-preżenza ta’ att tal-awtorità pubblika li jafda lill-operaturi inkwistjoni b’missjoni ta’ SIEĠ ( 40 ) kif ukoll in-natura universali u obbligatorja ta’ din il-missjoni ( 41 ).
57.
Ir-rikorrenti jqisu li l-Qorti Ġenerali qabżet il-limiti ta’ dan l-istħarriġ u li twettqu żbalji evidenti li wassluha biex tikkonkludi li ma hemmx att tal-awtorità pubblika li jagħti missjoni ta’ servizz pubbliku. B’hekk il-Qorti Ġenerali allegatament injorat u kisret is-setgħa diskrezzjonali u l-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri biex jiddefinixxu SIEĠ.
58.
Ir-rikorrenti jinnotaw ukoll li “diskrezzjoni wiesgħa ta’ l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovd[u], jikkummisjonaw u jorganizzaw” dawn is-servizzi, hija l-formulazzjoni riprodotta fil-Protokoll Nru 26, li l-Qorti Ġenerali rriproduċiet min-naħa tagħha fil-punt 95 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901).
59.
Skont ir-rikorrenti, is-setgħa diskrezzjonali rrikonoxxuta mit-Trattat lill-Istati Membri tinkludi kemm is-setgħa li “jiddefinixxu” kif ukoll dik li “jipprovd[u], jikkummisjonaw u jorganizzaw” l-imsemmija servizzi, liema ħaġa tawtorizza wkoll lill-awtoritajiet nazzjonali jagħżlu l-mod ta’ provvista tas-servizz, billi jagħżlu, b’mod partikolari, pjattaforma ta’ appoġġ partikolari u, għaldaqstant, billi jagħżlu b’mod validu l-mod ta’ intervent pubbliku tal-awtoritajiet reġjonali u lokali ta’ Galicia. Huma jqisu f’dan ir-rigward li r-rikonoxximent, fil-punt 95 tas-sentenza inkwistjoni, tas-setgħa diskrezzjonali inkwistjoni huwa purament formali, minħabba li din is-setgħa ma hijiex riflessa, bil-portata li tingħatalha fit-Trattat, fl-applikazzjoni konkreta tagħha f’dan il-każ mill-Qorti Ġenerali, li żnaturatha, żvojtjatha mill-kontenut tagħha u injoratha.
60.
Fir-rigward tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju, il-Kummissjoni ssostni b’mod partikolari li r-rikorrenti ma jikkontestawx il-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punt 110 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901), li huma “ma [kinux] f’pożizzjoni li jiddeterminaw liema obbligi ta’ servizz pubbliku kienu ġew fdati f’idejn l-operaturi tan-netwerks tat-TDT, kemm jekk mil-liġi Spanjola, kemm jekk mill-ftehimiet ta’ tħaddim, u lanqas ma pproduċew prova ta’ dan”. Skont il-Kummissjoni, din il-konstatazzjoni (li ma hijiex ikkritikata fl-appell u li fiha evalwazzjoni tal-valur tal-provi) tkun biżżejjed, waħedha, biex jiġi eskluż li l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark tkun issodisfatta, kundizzjoni barra minn hekk neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE.
61.
SES Astra ssostni li l-ewwel parti tar-raba’ aggravju hija ineffettiva, peress li, billi l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tiddefinixxix b’mod ċar is-servizz inkwistjoni ta’ SIEĠ, il-kwistjoni tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Istati Membri ma hijiex rilevanti. Barra minn hekk, l-argumenti tar-rikorrenti huma intiżi fir-realtà biex jikkontestaw l-evalwazzjonijiet fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark u huma, għaldaqstant, inammissibbli fl-istadju tal-appell.
62.
B’mod sussidjarju, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara l-ewwel parti bħala ammissibbli, quod non, SES Astra hija tal-opinjoni li din hija infondata, peress li l-Qorti Ġenerali ma rrikonoxxietx lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni biss fid-definizzjoni tas-SIEĠ, iżda wkoll fir-rigward tal-provvista, il-kummissjonar u l-organizzazzjoni ta’ dawn tal-aħħar ( 42 ). Għalhekk, l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark ( 43 ) teżiġi wkoll, minbarra d-definizzjoni tas-SIEĠ mill-Istat Membru kkonċernat, li l-impriża benefiċjarja tkun inkarigata mill-obbligi ta’ servizz pubbliku, liema ħaġa ma hijiex il-każ f’din il-kawża. SES Astra tenfasizza li, fi kwalunkwe każ, l-Istat Membru kkonċernat ma jistax jeżerċita l-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu fid-definizzjoni tas-SIEĠ b’mod li jmur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ( 44 ) u, b’mod partikolari, kontra l-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika.
63.
It-tieni parti tar-raba’ aggravju hija bbażata fuq allegat ksur mill-Qorti Ġenerali tal-limitu tal-iżball manifest, fil-kuntest tal-eżami tagħha tad-dritt nazzjonali li jiddefinixxi s-SIEĠ inkwistjoni.
64.
Ir-rikorrenti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li llimitat l-evalwazzjoni tagħha għall-fatt li ma kienx hemm definizzjoni ċara u preċiża tas-SIEĠ inkwistjoni, mingħajr ma ddeterminat, fil-punt 112 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901) ( 45 ), jekk id-definizzjoni ta’ dan is-servizz mill-awtoritajiet Spanjoli kinitx manifestament żbaljata. Fil-fehma tagħhom, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta injorat il-fatt li s-setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri tippermettilhom jagħżlu mod partikolari ta’ implementazzjoni tas-SIEĠ, bħal, f’dan il-każ, il-pjattaforma terrestri. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jinnotaw kontradizzjoni mal-punt 78 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902), li fiha l-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni kienet ikkonstatat bi żball, fil-punt 121 tad-deċiżjoni kkontestata, żball manifest tal-awtoritajiet Spanjoli fid-definizzjoni tas-SIEĠ inkwistjoni. B’hekk ir-rikorrenti jsostnu li, fil-preżenza ta’ nuqqas tas-suq fiż-żona kkonċernata u ta’ għan ta’ universalità previst fid-dritt nazzjonali rilevanti, id-definizzjoni ta’ dan is-servizz kien fiha l-elementi essenzjali għad-definizzjoni tiegħu bħala SIEĠ.
65.
Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li t-tieni parti tar-raba’ aggravju hija inammissibbli fl-istadju tal-appell. Fil-fatt, l-ewwel nett, hija ssostni li l-premessa 121 tad-deċiżjoni kkontestata ( 46 ) ma kienet is-suġġett ta’ ebda kritika mir-rikorrenti fl-ewwel istanza u li l-Qorti Ġenerali ma kinitx marbuta tistħarreġ ex officio dan l-aspett tad-deċiżjoni kkontestata. It-tieni nett, din l-istituzzjoni ssostni li parti ma tistax timmodifika s-suġġett tal-kawża billi tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja aggravju li setgħet tqajjem quddiem il-Qorti Ġenerali, għaliex dan jerġa’ jippermettilha tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’kawża iktar wiesgħa minn dik li ġiet adita biha l-Qorti Ġenerali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tenfasizza li, fuq il-mertu, it-tieni parti tar-rikorrenti “hija inammissibbli”, peress li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali jirriżulta b’mod partikolari li l-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fl-organizzazzjoni tas-SIEĠ ma jistax jiġi eżerċitat b’mod li jmur kontra l-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika ( 47 ).
66.
SES Astra tqis, essenzjalment, għall-istess raġunijiet bħal dawk invokati mill-Kummissjoni, li din il-parti tar-raba’ aggravju hija manifestament inammissibbli. Barra minn hekk, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li s-SIEĠ inkwistjoni kien iddefinit b’mod ċar, hija tqis li, b’dan, l-awtoritajiet Spanjoli, fi kwalunkwe każ, wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika. Il-Kummissjoni mmotivat, f’dan ir-rigward, b’mod suffiċjenti fid-dritt, il-konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna li tinsab fil-premessi 121 u 152 sa 167 tad-deċiżjoni kkontestata.
67.
Fir-replika tagħhom, ir-rikorrenti jqisu li l-argumenti fformulati mill-Kummissjoni u SES Astra dwar l-allegata inammissibbiltà ta’ din il-parti huma infondati. Huma jqisu li ma jistgħux jiġu kkritikati li ma kkritikawx fl-ewwel istanza l-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-premessa 121 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jikkonċernawx lil Galicia iżda lil País Vasco.
Fuq il-Kawża C‑81/16 P, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni
68.
Dan l-appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji. Kif indikat fil-punt 2 ta’ dawn il-konklużjonijiet, ser niffoka l-konklużjonijiet tiegħi fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju.
69.
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi dwar il-kontroll tal-Istati Membri dwar id-definizzjoni u l-implementazzjoni ta’ SIEĠ.
70.
Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, ir-Renju ta’ Spanja jikkritika l-punti 53 sa 78 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891), li jirriproduċu r-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark.
71.
Ir-Renju ta’ Spanja jsostni li dan ir-raġunament huwa bbażat fuq tliet premessi żbaljati. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali qieset li ma kienx hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, minbarra l-kuntest ġuridiku, l-atti kollha tal-awtoritajiet Spanjoli li permezz tagħhom l-operaturi kkonċernati kienu inkarigati mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali qieset li r-Renju ta’ Spanja ma kien ipproduċielha l-ebda kuntratt li jimponi obbligi ta’ servizz pubbliku. It-tielet nett, skont il-Qorti Ġenerali, l-ebda komunità awtonoma oħra minbarra l-País Vasco ma kienet ippreżentat argument li jista’ juri li t-tħaddim ta’ netwerk terrestri kien servizz pubbliku.
72.
Fl-ewwel lok, l-analiżi tal-kuntest ġuridiku mill-Qorti Ġenerali hija manifestament żbaljata. Fil-fatt, il-Liġi Ġenerali 32/2003 dwar it-telekomunikazzjoni, tat-3 ta’ Novembru 2003, tikklassifika b’mod ċar it-tħaddim ta’ netwerks tar-radju u tat-televiżjoni bħala SIEĠ u ma huwiex possibbli, fid-dawl tal-ġurisprudenza, li tiġi injorata r-rilevanza ta’ din il-liġi minħabba li din tapplika għal kulħadd u mhux għal ċerti operaturi tas-settur ( 48 ).
73.
Fit-tieni lok, l-atti tad-dritt nazzjonali u l-kuntratti konklużi mill-awtoritajiet Spanjoli mhux biss jiddefinixxu u jafdaw it-tħaddim tas-SIEĠ f’idejn ċerti operaturi, iżda jagħmlu wkoll riferiment b’mod ċar għat-teknoloġija terrestri. Dawn l-atti ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni ( 49 ) u mill-Qorti Ġenerali biex jikkonkludu li teżisti għajnuna mill-Istat.
74.
F’dan ir-rigward, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-provi li jistgħu jiġu prodotti fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja, f’dan il-każ il-kuntratti li jimponu obbligi ta’ servizz pubbliku, ma humiex rilevanti għall-istħarriġ tal-legalità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni ( 50 ). Barra minn hekk, fost l-obbligi proċedurali li għandhom jiġu osservati, hemm l-obbligu għall-Kummissjoni li teżamina, b’reqqa u b’imparzjalità, l-elementi rilevanti kollha u li timmotiva d-deċiżjoni tagħha ( 51 ). F’dan il-każ, skont dan l-Istat Membru, il-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni s-sejħiet għal offerti, li, hekk kif barra minn hekk jirriżulta mid-deskrizzjoni tal-miżura ta’ għajnuna li tagħti d-deċiżjoni kkontestata ( 52 ), jifformaw parti integrali minn dawn il-miżuri.
75.
Fit-tielet lok, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tafferma li ebda komunità awtonoma oħra minbarra l-País Vasco ma kienet uriet il-kwalità ta’ SIEĠ tat-tħaddim tan-netwerk terrestri, sa fejn mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni eżaminat kampjun ta’ 82 sejħa għal offerti għall-finijiet li tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna ( 53 ).
76.
Skont ir-Renju ta’ Spanja, il-Qorti Ġenerali “rrifjutat li tivverifika jekk il-Kummissjoni kinitx evalwat sew l-elementi rilevanti kollha għall-finijiet li tevalwa d-definizzjoni ta’ servizz pubbliku. Kif indikat fir-rikors [quddiem il-Qorti Ġenerali], meta investigat il-fajl inkwistjoni, il-Kummissjoni ma pproċedietx għal eżami ddettaljat li fit-tmiem tiegħu hija wasslet għall-konklużjoni li missjoni ta’ interess ġenerali ġiet, jew ma ġietx, fdata f’idejn l-impriża. Hija għalhekk ma vverifikatx jekk l-Istat Membru kienx wettaq żball manifest fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu mal-għoti tal-missjoni inkwistjoni” [traduzzjoni libera].
77.
Fir-risposta tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jinnota li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju tal-appell tikkonċerna r-rifjut tal-Qorti Ġenerali li tivverifika jekk il-Kummissjoni kinitx eżaminat sew l-elementi kollha rilevanti sabiex tevalwa d-definizzjoni ta’ servizz pubbliku. Skont dan l-Istat Membru, meta investigat il-fajl inkwistjoni, il-Kummissjoni ma wettqitx eżami ddettaljat li kien jippermettilha tiddetermina jekk ġietx fdata missjoni ta’ interess ġenerali f’idejn l-impriża. Għar-Renju ta’ Spanja, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi billi ma vverifikatx jekk il-Kummissjoni kinitx ipproċediet għal din l-analiżi.
78.
Il-Kummissjoni tqis li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju hija ineffettiva u, fi kwalunkwe każ, inammissibbli u infondata.
79.
L-ewwel nett, skont il-Kummissjoni, il-kritiki tar-Renju ta’ Spanja jirrigwardaw raġuni superfluwa tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891), b’tali mod li l-imsemmija parti hija ineffettiva. Il-Qorti Ġenerali, f’dan ir-rigward, injorat b’mod suffiċjenti fid-dritt l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark fil-punt 74 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891) ( 54 ), li ma hijiex is-suġġett tal-appell.
80.
It-tieni nett, din il-parti hija wkoll inammissibbli, sa fejn dan l-Istat Membru jikkontesta l-evalwazzjoni tal-kuntratti u tad-dritt nazzjonali magħmula mill-Qorti Ġenerali, li tevita l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja. F’dan ir-rigward, ir-Renju ta’ Spanja ma jinvoka l-ebda żnaturament tad-dritt nazzjonali u, minkejja li l-argumenti tiegħu għandhom jinftiehmu f’dan is-sens, dan l-Istat Membru jillimita ruħu għal sempliċi affermazzjonijiet.
81.
It-tielet nett, din il-parti hija wkoll infondata, sa fejn ir-Renju ta’ Spanja ma ppreżenta l-ebda element quddiem il-Qorti Ġenerali li jippermetti li jiġi konkluż li s-servizz ta’ xandir tas-sinjal permezz ta’ pjattaforma ddeterminata seta’ jiġi kklassifikat bħala SIEĠ.
82.
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li la l-liġi nazzjonali u lanqas leġiżlazzjonijiet oħra jew il-ġurisprudenza tal-qorti suprema Spanjola ma jippermettu li wieħed jasal għal tali konklużjoni. Għall-kuntrarju, il-liġi nazzjonali tirriżerva l-kwalità ta’ “servizz pubbliku” għal numru limitat ta’ servizzi, bħat-telekomunikazzjonijiet għad-difiża nazzjonali u l-protezzjoni ċivili jew is-servizz universali telefoniku. Skont il-Kummissjoni, it-terminu “servizz ta’ interess ġenerali” fil-Liġi Ġenerali 32/2003 dwar it-telekomunikazzjoni, tat-3 ta’ Novembru 2003, jindika attività ekonomika li għandha interess għall-komunità, mingħajr ma hija neċessarjament marbuta ma’ missjoni ta’ servizz pubbliku fis-sens tad-dritt Spanjol u lanqas li tirrigwarda neċessarjament SIEĠ fis-sens tal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark jew tal-Artikolu 106(2) TFUE.
83.
Barra minn hekk, l-argument ta’ dan l-Istat Membru rigward l-obbligi ta’ kopertura tax-xandara fiż-żona II ma jippermettix li jiġu kkontestati l-punti 67 u 68 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891).
84.
Barra minn hekk, l-argumenti tar-Renju ta’ Spanja li jikkonċernaw l-allegat nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi huma ineffettivi minħabba li dawn jikkonċernaw il-punt 71 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-461/13, EU:T:2015:891), li jiddikjara raġuni superfluwa. Barra minn hekk, għall-Kummissjoni, dan l-Istat Membru jfixkel l-istħarriġ tal-legalità li jrid jitwettaq mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ma’ stħarriġ ex officio li ma għandux jitwettaq minnha ( 55 ). Għalhekk, fil-qosor, l-appell tar-Renju ta’ Spanja jikkritika lill-Qorti Ġenerali li ma invokatx ex officio raġunijiet jew provi li l-imsemmi Stat Membru ma kienx invoka huwa stess quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali għalhekk ma hija vvizzjata b’ebda żball ta’ liġi.
Analiżi
Fuq ir-rabta bejn l-Artikolu 107(1) TFUE, is-sentenza Altmark u l-Artikolu 106(2) TFUE
85.
Il-kumpens mogħti mill-Istati Membri għall-provvista ta’ servizz pubbliku ( 56 ) jew SIEĠ ( 57 ) huwa suġġett għall-osservanza tar-regoli stabbiliti mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikoli 107 u 108 TFUE ( 58 ).
86.
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-klassifikazzjoni bħala “għajnuna” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, teħtieġ li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha previsti f’din id-dispożizzjoni. Għalhekk sabiex miżura nazzjonali tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, l-ewwel nett, għandu jkun hemm intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, it-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, it-tielet nett, dan għandu jagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tiegħu u, ir-raba’ nett, dan għandu joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni ( 59 ).
87.
Peress li dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi, miżura statali ma tistax tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat jekk waħda minnhom ma tkunx issodisfatta ( 60 ).
88.
Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni prevista fl-Artikolu 107(1) TFUE, jiġifieri l-eżistenza ta’ vantaġġ mogħti lil impriża benefiċjarja, jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat dawk l-interventi li, irrispettivament mill-forma tagħhom, ikunu jistgħu jiffavorixxu direttament jew indirettament lil impriżi jew li għandhom jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq ( 61 ).
89.
Fil-punt 87 tas-sentenza Altmark, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li “sa kemm intervent mill-Istat għandu jkun ikkunsidrat bħala kumpens għas-servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, b’mod illi dawn l-impriżi, fir-realtà ma jiħdux vantaġġ finanzjarju u li l-imsemmi intervent m’għandux għalhekk l-effett li jpoġġi tali impriżi f’pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli minn dik ta’ impriżi kompetituri tagħhom, tali intervent ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu [107(1) TFUE]”.
90.
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, tali kumpens jista’ jevita li jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat jekk erba’ kundizzjonijiet previsti fil-punti 89 sa 93 tas-sentenza Altmark ( 62 ) jiġu ssodisfatti ( 63 ).
91.
Għandu jiġi nnotat li għalkemm l-erba’ kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark ma humiex issodisfatti u li l-miżura statali tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ( 64 ), din tal-aħħar xorta tista’ tiġi ġġustifikata b’mod partikolari permezz tad-deroga prevista fl-Artikolu 106(2) TFUE ( 65 ).
92.
Fil-fatt, l-Artikolu 106(2) TFUE, moqri flimkien mal-paragrafu 1 tal-istess artikolu, jippermetti li jiġi ġġustifikat l-għoti, minn Stat Membru, ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE lil impriża inkarigata mill-ġestjoni ta’ SIEĠ, sa fejn it-twettiq tal- missjoni speċifika mogħtija lil dik l-impriża tkun tista’ tiġi żgurata biss bl-għoti ta’ tali drittijiet u sakemm l-iżvilupp tal-kummerċ ma jkunx milqut b’mod li jmur kontra l-interessi tal-Unjoni ( 66 ).
93.
Fir-rigward tar-rabta bejn l-Artikolu 107(1) TFUE, il-kundizzjonijiet imposti mis-sentenza Altmark u l-Artikolu 106(2) TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li “l-istħarriġ tal-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti [mis-sentenza Altmark] għandu jsir fi stadju preċedenti, jiġifieri għandu jsir waqt l-eżami tal-kwistjoni dwar jekk il-miżuri inkwistjoni għandhomx jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat [f’konformità mal-Artikolu 107(1) TFUE]. Fil-fatt, din il-kwistjoni tiġi qabel dik tal-verifika, jekk ikun il-każ, dwar jekk l-għajnuna inkompatibbli hijiex madankollu neċessarja għat-twettiq tal-missjoni imposta fuq il-benefiċjarju tal-miżura inkwistjoni, abbażi tal-Artikolu 106(2) TFUE” ( 67 ).
94.
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, għalhekk ma hemmx iktar lok li jiġu applikati l-kundizzjonijiet stabbiliti mis-sentenza Altmark meta l-Kummissjoni, wara li tkun ikkonstatat li miżura għandha tiġi kklassifikata bħala għajnuna, tiddetermina jekk din l-għajnuna tistax tiġi ġġustifikata skont l-Artikolu 106(2) TFUE ( 68 ). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 38 tas-sentenza tat-8 ta’ Marzu 2017, Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (C‑660/15 P, EU:C:2017:178), li l-Artikolu 106(2) TFUE ma kienx jobbliga lill-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni t-tieni u r-raba’ kundizzjoni tas-sentenza Altmark sabiex tiddeċiedi jekk għajnuna mill-Istat kinitx kompatibbli mas-suq intern skont din id-dispożizzjoni.
95.
Fil-fatt, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, il-Qorti Ġenerali qieset (ġustament fil-fehma tiegħi) fil-punt 61 tas-sentenza tal-24 ta’ Settembru 2015, Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (T‑125/12, EU:T:2015:687), li tliet kundizzjonijiet kellhom jiġu ssodisfatti sabiex għajnuna mill-Istat mogħtija bħala kumpens għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku tkun tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 106(2) TFUE. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “[l]-ewwel kundizzjoni, relatata mad-definizzjoni tas-servizz pubbliku, tirrikjedi li s-servizz inkwistjoni għandu jkun effettivament servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u li għandu jkun kjarament iddefinit bħala tali mill-Istat Membru. It-tieni kundizzjoni, relatata mal-mandat ta’ servizz pubbliku, tirrikjedi li l-impriża benefiċjarja għandha tkun ġiet espliċitament inkarigata mill-Istat Membru għall-provvista tas-servizz pubbliku inkwistjoni. Fl-aħħar nett, it-tielet kundizzjoni hija bbażata fuq il-kunċett ta’ proporzjonalità. Skont din il-kundizzjoni, il-finanzjament ta’ impriża responsabbli mill-obbligi ta’ servizz pubbliku għandu jitqies bħala kompatibbli mas-suq intern sa fejn l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tat-[T]FUE – f’dan il-każ il-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat – għandha tostakola t-twettiq tal-funzjoni partikolari assenjata lil din l-impriża, u d-deroga ma għandhiex taffettwa l-iżvilupp tal-kummerċ b’mod li jmur kontra l-interessi tal-Unjoni” ( 69 ).
96.
Fl-opinjoni tiegħi, l-ewwel żewġ kundizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jikkorrispondu għall-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark.
97.
Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li t-tieni u r-raba’ kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark ma kinux rilevanti sabiex jiġi vverifikat jekk id-deroga prevista mill-Artikolu 106(2) TFUE tapplikax għal għajnuna mill-Istat, inqis min-naħa l-oħra li kundizzjoni ekwivalenti għall-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark, jiġifieri, li impriża ( 70 ) tkun effettivament inkarigata mill-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku/SIEĠ u li dawn l-obbligi jkunu ddefiniti b’mod ċar, għandha tkun issodisfatta sabiex tapplika d-deroga prevista minn din id-dispożizzjoni.
98.
Fil-fatt, fis-sentenza tal-21 ta’ Marzu 1974, BRT u Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs (127/73, EU:C:1974:25, punt 22), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li impriża li tinvoka d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 106(2) TFUE biex tidderoga mir-regoli tat-Trattat, kellha tkun effettivament inkarigata mill-Istat Membru bil-ġestjoni ta’ SIEĠ ( 71 ). Barra minn hekk, fis-sentenza tal-11 ta’ April 1989, Saeed Flugreisen u Silver Line Reisebüro (66/86, EU:C:1989:140, punt 56), il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat l-ħtieġa li tiġi ddefinita b’mod ċar il-missjoni ta’ SIEĠ mogħtija lill-impriża b’applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE ( 72 ).
Fuq l-ewwel kundizzjoni prevista mis-sentenza Altmark ( 73 )
Il-prerogattiva tal-Istati Membri li jindikaw ċerti servizzi bħala SIEĠ
99.
Hija ġurisprudenza stabbilita li l-Artikolu 106(2) TFUE huwa intiż sabiex jirrikonċilja l-interess tal-Istati Membri li jużaw ċerti impriżi bħala strument ta’ politika ekonomika jew soċjali mal-interess li turi l-Unjoni għall-osservanza tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u għall-ħarsien tal-unità tas-suq komuni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri huma intitolati, filwaqt li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni, li jiddefinixxu l-portata u l-organizzazzjoni tas-SIEĠ tagħhom. B’mod partikolari huma jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni għanijiet attribwibbli għall-politika nazzjonali tagħhom ( 74 ).
100.
F’dan il-kuntest, inqis li din is-setgħa rrikonoxxuta lill-Istati Membri li “jiddefinixxu” SIEĠ timplika dik li jindikaw ċerti servizzi bħala li jkunu SIEĠ kif ukoll li “jiddefinixxu” l-portata u l-organizzazzjoni ta’ dawn is-SIEĠ. L-indikazzjoni tas-SIEĠ u d-definizzjoni tal-portata u tal-organizzazzjoni tagħhom mill-Istati Membri jaqgħu taħt għażla ta’ natura politika, ikkaratterizzata minn “setgħa diskrezzjonali wiesgħa”.
101.
Fil-fatt, għalkemm il-Protokoll Nru 26 ma jipprevedix b’mod espliċitu li l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tad-definizzjoni tas-SIEĠ tagħhom, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 1 jenfasizza r-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdu, jikkummissjonaw u jorganizzaw is-SIEĠ b’mod li jkunu qrib kemm jista’ jkun tal-ħtiġijiet tal-utenti. Fil-fehma tiegħi, il-possibbiltà li jipprovdu, jikkummissjonaw u jorganizzaw is-SIEĠ hija marbuta mill-qrib u ma tistax tiġi sseparata mid-dritt li jiġu indikati dawn is-servizzi.
102.
Inqis, f’konformità mas-sentenzi inkwistjoni ( 75 ), li fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni armonizzata f’dan il-qasam ( 76 ) l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fid-definizzjoni tas-servizzi li huma jqisu bħala SIEĠ ( 77 ) kif ukoll tal-portata u l-organizzazzjoni tagħhom.
103.
Fid-dawl ta’ din is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Istati Membri, il-Qorti Ġenerali ġustament qieset li, fil-prinċipju, “il-Kummissjoni la hija awtorizzata tiddeċiedi dwar il-portata tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku fdati lill-operatur pubbliku […] la fuq kemm huma xierqa l-għażliet politiċi magħmula, f’dan ir-rigward, mill-awtoritajiet nazzjonali, u lanqas fuq l-effettività ekonomika tal-operatur pubbliku” ( 78 ).
104.
Konsegwentement, f’konformità mas-sentenzi inkwistjoni ( 79 ), l-indikazzjoni minn Stat Membru tas-servizzi bħala SIEĠ tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss f’każ ta’ żball manifest ( 80 ). Il-Kummissjoni għalhekk teżerċita stħarriġ ristrett fuq l-indikazzjoni ta’ servizzi bħala SIEĠ.
105.
Għall-istess raġunijiet, fil-każ ta’ rikors għal annullament kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-indikazzjoni ta’ servizzi bħala SIEĠ u d-definizzjoni tal-portata u l-organizzazzjoni ta’ dawn is-SIEĠ mill-Istati Membri, il-Qorti Ġenerali għandha tieħu inkunsiderazzjoni s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Istati Membri u l-kontroll ristrett tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward.
106.
Madankollu, għandu jiġi nnotat li, minkejja s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Istati Membri fl-“indikazzjoni” tas-SIEĠ tagħhom, din il-prerogattiva ma hijiex illimitata.
107.
Fis-sentenza tat-8 ta’ Marzu 2017, Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (C‑660/15 P, EU:C:2017:178, punt 29), il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li “[l]-kliem stess tal-Artikolu 106(2) TFUE juri li d-derogi mir-regoli tat-Trattat huma permessi biss jekk dawn ikunu neċessarji għat-twettiq tal-missjoni partikolari li tkun ġiet fdata lil impriża inkarigata mill-ġestjoni ta’ [SIEĠ]” ( 81 ).
108.
Barra minn hekk, fil-punt 26 tas-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 1991, Merci convenzionali porto di Genova (C‑179/90, EU:C:1991:464, punti 26 u 27), il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li “[sabiex] tkun tista’ titħaddem id-deroga mill-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat prevista fl-[Artikolu 106(2) TFUE], ma jkunx biżżejjed waħdu l-fatt li l-impriża inkwistjoni kienet ġiet fdata mill-awtoritajiet pubbliċi bil-ġestjoni ta’ servizz ekonomiku ta’ interess ġenerali, iżda jeħtieġ ukoll li l-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat jkunu jxekklu t-twettiq tal-funzjoni partikolari mogħtija lil din l-impriża u li l-interess tal-[Unjoni] ma jkunx milqut”. Fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-operazzjonijiet portwali inkwistjoni ma kellhomx interess ekonomiku ġenerali li kien jippreżenta karattri speċifiċi fil-konfront ta’ attivitajiet oħra u li, anki jekk jiġi preżunt li dan kien il-każ, l-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat ma kinitx ta’ natura li xxekkel it-twettiq ta’ tali missjoni.
109.
Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li din il-prerogattiva tal-Istati Membri hija eżerċitata taħt il-kontroll tal-Kummissjoni. Fil-fatt, fis-sentenza tal-14 ta’ Lulju 1971, Muller u Hein (10/71, EU:C:1971:85, punti 14 u 15), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE “tinkludi l-evalwazzjoni tar-rekwiżiti inerenti, minn naħa, għat-twettiq tal-funzjoni partikolari mogħtija lill-impriżi kkonċernati u, min-naħa l-oħra, għas-salvagwardja tal-interess tal-Unjoni]” u “li din l-evalwazzjoni taqa’ taħt l-objettivi ta’ politika ekonomika ġenerali segwiti mill-Istati taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni” ( 82 ).
L-obbligu għall-Istat Membru li permezz ta’ att tal-awtorità pubblika jafda t-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku f’idejn l-impriża li tibbenefika minn sussidji pubbliċi u li jiddefinixxi dawn l-obbligi b’mod ċar
110.
Għalkemm l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa biex “jindikaw” ċerti servizzi bħala SIEĠ kif ukoll biex jiddefinixxu l-portata u l-organizzazzjoni tagħhom, l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark kif ukoll il-formulazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE jeżiġu mingħajr dubju li impriża ( 83 ) tkun effettivament inkarigata mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku ( 84 ) u li dawn l-obbligi jkunu ddefiniti b’mod ċar ( 85 ).
111.
Dawn iż-żewġ rekwiżiti, li fil-fehma tiegħi l-Qorti Ġenerali kklassifikat ġustament bħala “kriterji minimi” ( 86 ), huma distinti b’mod ċar mill-prerogattiva ta’ ordni politika li għandhom l-Istati Membri biex jindikaw servizzi bħala SIEĠ.
112.
F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li, sabiex impriża tkun tista’ titqies bħala li tkun inkarigata mill-ġestjoni ta’ servizz pubbliku/SIEĠ, jeħtieġ li din tkun inkarigata permezz ta’ att tal-awtorità pubblika ( 87 ). Dan ir-rekwiżit japplika b’mod strett u huwa l-Istat Membru kkonċernat li għandu jistabbilixxi li dan ikun issodisfatt sabiex jibbenefika mill-applikazzjoni tas-sentenza Altmark jew mill-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 106(2) TFUE. Il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju mwettaq mill-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward hija ta’ stħarriġ tal-legalità.
113.
Madankollu ma huwiex meħtieġ li dan l-att tal-awtorità pubblika jkun att leġiżlattiv jew regolatorju ( 88 ). Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat li impriża tista’ tiġi inkarigata mill-ġestjoni ta’ SIEĠ skont konċessjoni taħt id-dritt pubbliku ( 89 ).
114.
Barra minn hekk, fir-rigward tad-definizzjoni ċara tal-obbligi imposti fuq l-impriża inkarigata minn SIEĠ, inqis li għalkemm l-elenkar u d-delimitazzjoni ta’ dawn l-obbligi jvarjaw minn każ għal każ skont is-servizzi speċifiċi inkwistjoni u ċ-ċirkustanzi eżistenti fl-Istati Membri differenti, dawn għandhom mill-inqas jinkludu n-natura, it-tul u l-portata tal-obbligi imposti ( 90 ). Dan ir-rekwiżit, ukoll, japplika b’mod strett.
115.
Dawn il-kriterji minimi ma jistgħux ikunu obbligi purament formalisti. Dawn huma intiżi biex jiggarantixxu b’mod partikolari t-trasparenza ( 91 ) fl-indikazzjoni tas-SIEĠ u d-definizzjoni tal-portata u l-organizzazzjoni tagħhom mill-Istati Membri. Barra minn hekk, dan l-għan ta’ trasparenza huwa intiż min-naħa tiegħu biex iżid iċ-ċertezza legali, b’mod partikolari tal-Istati Membri, tal-impriżi inkarigati mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, tal-kompetituri eventwali tagħhom kif ukoll tal-konsumaturi ( 92 ).
116.
Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li sabiex l-obbligi imposti fuq impriża inkarigata mill-ġestjoni ta’ SIEĠ ikunu jistgħu jitqiesu bħala rilevanti għall-missjoni partikolari mogħtija lilha, jeħtieġ li dawn ikollhom rabta mas-suġġett tas-SIEĠ inkwistjoni u li dawn ikunu intiżi direttament biex jikkontribwixxu għas-sodisfazzjon ta’ dan l-interess. Dawn l-obbligi jew restrizzjonijiet jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni mal-evalwazzjoni dwar sa fejn id-derogi mir-regoli tat-Trattat li għandhom jiġu ġġustifikati jkunu neċessarji biex jippermettu lill-impriża inkwistjoni twettaq il-missjoni ta’ interess ġenerali fdata f’idejha ( 93 ).
117.
Madankollu, huwa impossibbli li jiġi vverifikat jekk Stat Membru jkunx żamm mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tiegħu fl-indikazzjoni tas-SIEĠ, jekk wieħed ma jkunx jaf b’ċertezza min ikun inkarigat mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u liema hija n-natura, it-tul u l-portata tal-obbligi imposti fuqu ( 94 ).
118.
Barra minn hekk, inqis li dan ir-rekwiżit ta’ trasparenza fuq il-missjoni mogħtija huwa imperattiv sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet l-oħra tas-sentenza Altmark u tal-Artikolu 106(2) TFUE jkunux issodisfatti. B’mod partikolari, huwa impossibbli li jiġi vverifikat jekk it-tielet kundizzjoni tas-sentenza Altmark hijiex issodisfatta, jiġifieri li “[l]-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż, kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku […]” jekk in-natura u l-portata ta’ dawn l-obbligi ma jkunux iddefiniti b’mod ċar. Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, huwa impossibbli li jiġi vverifikat jekk l-applikazzjoni ta’ regoli tat-Trattati xxekkilx il-kisba tas-SIEĠ, jekk in-natura u l-portata ta’ dawn is-servizzi li l-impriżi huma inkarigati mill-ġestjoni tagħhom ma jkunux iddefiniti b’mod ċar ( 95 ).
Applikazzjoni għal dawn l-appelli
Fuq il-Kawżi magħquda C‑66/16 P sa C‑69/16 P
119.
B’mod preliminari, inqis li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni SES Astra, l-ewwel parti tal-aggravju uniku ma hijiex inammissibbli ( 96 ).
120.
Fil-fatt, permezz tal-ewwel parti tal-aggravju uniku tagħhom, ir-rikorrenti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li pproċediet għal applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, li skont id-definizzjoni tas-SIEĠ minn Stat Membru tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss f’każ ta’ żball manifest. Fl-opinjoni tiegħi, b’dan u għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni SES Astra ( 97 ), ir-rikorrenti ma jikkontestawx evalwazzjoni fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali iżda jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tistħarreġ jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi ( 98 ) meta ppreċiżat l-obbligi imposti mill-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark ( 99 ). Tali kwistjoni ta’ dritt tista’ tiġi suġġetta għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell.
121.
Fir-rigward tal-mertu, inqis, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu r-rikorrenti ( 100 ), li l-Qorti Ġenerali ma qabżitx il-limitu tal-iżball manifest fl-eżami tad-diversi atti ta’ definizzjoni u ta’ għoti tal-missjoni ta’ SIEĠ. Fil-fatt, f’konformità mal-punti 113 sa 115 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-obbligu li effettivament jingħata l-inkarigu lill-impriża li tibbenefika mis-sussidji pubbliċi tat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku permezz ta’ att tal-awtorità pubblika u li dawn l-obbligi jiġi ddefiniti b’mod ċar japplikaw b’mod strett. It-twettiq ta’ dawn l-obbligi minimi ma jaqax taħt is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Istati Membri li jindikaw servizzi bħala SIEĠ. Hija biss din is-setgħa diskrezzjonali f’din l-indikazzjoni li tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss f’każ ta’ żball manifest ( 101 ).
122.
Il-fatt li jkun stabbilit li jeżisti nuqqas tas-suq u li s-servizz inkwistjoni huwa materjalment attività li tista’ tiġi kklassifikata bħala SIEĠ ma huwiex rilevanti. Dawn iċ-ċirkustanzi għandhom jitqiesu mal-analiżi dwar jekk servizz ikunx kapaċi jiġi indikat bħala SIEĠ, li jaqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Istati Membri, analiżi li ma tistax tiġi kkontestata ħlief f’każ ta’ żball manifest. Min-naħa l-oħra, dawn iċ-ċirkustanzi ma humiex rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-impriża li tibbenefika mis-sussidji pubbliċi tkunx effettivament ġiet inkarigata mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku permezz ta’ att pubbliku u jekk dawn l-obbligi jkunux ġew iddefiniti b’mod ċar.
123.
Konsegwentement, inqis li l-ewwel parti tal-aggravju uniku fil-Kawżi C‑66/16 P sa C-69/16 P għandha tiġi miċħuda bħala infondata.
124.
Permezz tat-tieni parti tal-aggravju uniku tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta llimitat is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Istati Membri għad-definizzjoni biss tas-SIEĠ, meta għandhom ukoll setgħa diskrezzjonali wiesgħa biex “jipprovd[u], jikkummisjonaw u jorganizzaw” dawn is-servizzi. Huma jqisu li s-setgħa diskrezzjonali tinkludi neċessarjament l-għażla ta’ teknoloġija konkreta li, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie affermat fis-sentenzi inkwistjoni ( 102 ), ma hija xejn ħlief modalità ta’ provvista.
125.
Inqis, bħal SES Astra, li din il-parti tiżvela qari żbaljat tas-sentenzi inkwistjoni ( 103 ).
126.
Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ma poġġietx indiskussjoni s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandhom l-Istati Membri ( 104 ) biex “jipprovd[u], jikkummisjonaw u jorganizzaw” is-SIEĠ billi jagħżlu teknoloġija partikolari; hija sempliċement ikkonstatat li r-rikorrenti ma kinux issodisfaw l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark billi qieset, wara evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u reġjonali Spanjola, li r-Renju ta’ Spanja ma kienx iddefinixxa b’mod ċar u preċiż is-servizz ta’ tħaddim ta’ netwerk terrestri bħala servizz pubbliku billi kkonforma ruħu mas-sentenza Altmark. Ninnota li l-Qorti Ġenerali qieset ( 105 ) li, “[i]r-rikorrenti fl-ebda mument ma kienu f’pożizzjoni li jiddeterminaw liema obbligi ta’ servizz pubbliku kienu ġew fdati f’idejn l-operaturi tan-netwerks tat-T[D]T, jew mil-liġi Spanjola, jew mill-ftehimiet ta’ tħaddim, u ħafna inqas li jipproduċu l-prova ta’ dan” ( 106 ).
127.
B’mod superfluwu, ninnota li, fir-rigward tas-sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900), u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898), għalkemm il-Qorti Ġenerali qieset li, bid-definizzjoni tas-servizz ta’ tħaddim ta’ netwerk tat-TDT bħala SIEĠ, l-awtoritajiet Spanjoli kellhom josservaw il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ( 107 ) u għalhekk ma kellhomx jiddiskriminaw kontra pjattaformi oħra fil-konfront tal-pjattaforma terrestri, minn dawn is-sentenzi jirriżulta b’mod ċar li, skont il-Qorti Ġenerali, “l-osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika ma jimplikax li, fil-każijiet kollha, id-definizzjoni ta’ ċerta pjattaforma għat-tħaddim tan-netwerks ta’ xandir tikkostitwixxi żball manifest” ( 108 ). Il-Qorti Ġenerali għalhekk ikkritikat lill-Kummissjoni li ma eżaminatx jekk l-għażla ta’ ċerta pjattaforma kinitx oġġettivament iġġustifikata f’dan il-każ b’kunsiderazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-awtoritajiet Spanjoli fir-rigward tad-definizzjoni ta’ dak li huma jqisu bħala SIEĠ. Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet li l-Istati Membri kellhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa biex “jipprovd[u], jikkummisjonaw u jorganizzaw” is-SIEĠ.
128.
Konsegwentement, it-tieni parti tal-aggravju uniku fil-Kawżi C‑66/16 P sa C‑69/16 P għandha tiġi miċħuda bħala infondata.
Fuq il-Kawża C‑70/16 P
129.
Fir-rigward tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju tagħhom, ir-rikorrenti jqisu li l-Qorti Ġenerali injorat is-setgħa diskrezzjonali li jgawdu l-Istati Membri biex jiddefinixxu SIEĠ ( 109 ).
130.
Ninnota li, għalkemm ir-rikorrenti ma jikkontestawx direttament il-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punt 110 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901), huma jsostnu li t-tnax‑il dispożizzjoni addizzjonali tad-Digriet Irjali 944/2005 kif ukoll il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet fihom definizzjoni ċara tas-servizz pubbliku inkwistjoni, jiġifieri x-xandir tas-servizz ta’ televiżjoni diġitali terrestri u li dawn l-atti uffiċjali jafdaw dan is-servizz f’idejn il-kunsilli fi sħubija mal-komunità awtonoma ( 110 ).
131.
Fl-opinjoni tiegħi, dan l-argument, li jirrigwarda l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali tad-dritt nazzjonali applikabbli, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli fin-nuqqas ta’ allegazzjoni ta’ żnaturament ta’ dan id-dritt ( 111 ).
132.
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-Qorti Ġenerali tkun ikkonstatat jew evalwat il-fatti, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss teżerċita, abbażi tal-Artikolu 256 TFUE, stħarriġ fuq il-klassifikazzjoni legali tagħhom u l-konsegwenzi legali li rriżultaw minnha. Għalhekk, l-evalwazzjoni tal-fatti, ħlief fil-każ tal-iżnaturament tal-provi prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali, ma tikkostitwixxix kwistjoni ta’ liġi suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, fir-rigward tal-eżami, fil-kuntest ta’ appell, tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fid-dawl tad-dritt nazzjonali, il-Qorti Ġenerali tista’ biss tivverifika jekk kienx hemm żnaturament ta’ dan id-dritt ( 112 ).
133.
Konsegwentement, inqis li l-ewwel parti tar-raba’ aggravju fil-Kawża C‑70/16 P għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli.
134.
Barra minn hekk, mill-punt 95 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901) jirriżulta b’mod ċar li skont il-Qorti Ġenerali, “l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tad-definizzjoni ta’ dak li huma jqisu bħala SIEĠ u, konsegwentement, id-definizzjoni ta’ dawn is-servizzi minn Stat Membru tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss fil-każ ta’ żball manifest”.
135.
Madankollu l-Qorti Ġenerali qieset li “ċerti kriterji minimi li jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-preżenza ta’ att tal-awtorità pubblika li jinkariga lill-operaturi inkwistjoni b’missjoni ta’ SIEĠ” ( 113 ) ma kinux ġew issodisfatti.
136.
Fil-fatt, fil-punt 110 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901), il-Qorti Ġenerali kkonstatat li “r-rikorrenti fl-ebda mument [ma kienu] f’pożizzjoni li jiddeterminaw liema obbligi ta’ servizz pubbliku kienu ġew fdati f’idejn l-operaturi tan-netwerks tat-TDT, jew mil-liġi Spanjola, jew mill-ftehimiet ta’ tħaddim, u ħafna inqas li jipproduċu l-prova ta’ dan”.
137.
Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali qieset li r-rikorrenti ma setgħux juru li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta qieset li, fin-nuqqas ta’ definizzjoni ċara tas-servizz ta’ tħaddim ta’ netwerk terrestri bħala servizz pubbliku, l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark ma kienx issodisfatt ( 114 ).
138.
Minn dan isegwi li, għall-kuntrarju tal-argumenti tar-rikorrenti, il-Qorti Ġenerali ma eskludietx “fil-prinċipju, li t-tħaddim ta’ netwerk terrestri [jista’ jiġi ddefinit] bħala servizz pubbliku” ( 115 ).
139.
Inqis għalhekk li l-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda wkoll bħala infondata. Fir-rigward tat-tieni parti tar-raba’ aggravju tagħhom, ir-rikorrenti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 112 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901) li jikkonsisti fil-fatt li injorat li s-setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri tkopri, mhux biss, l-istabbiliment, iżda wkoll il-provvista u l-organizzazzjoni tas-SIEĠ. Skont ir-rikorrenti, il-provvediment tas-servizz ta’ appoġġ ta’ TDT permezz ta’ pjattaforma terrestri huwa sempliċi modalità ta’ organizzazzjoni tal-provvista tas-servizz, li huwa r-responsabbiltà tal-Istat Membru ( 116 ).
140.
Mid-dispożizzjonijiet ikkombinati tal-Artikoli 127(1) u tal-Artikolu 190(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-preżentata ta’ aggravji ġodda fl-istadju tal-appell hija pprojbita. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan, f’konformità ma’ dak stipulat fl-Artikolu 170(1) tal-imsemmija regoli tal-proċedura, li jevitaw li l-appell jibdel is-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali ( 117 ).
141.
Fl-opinjoni tiegħi, it-tieni parti tar-raba’ aggravju ta’ dan l-appell għandha l-għan li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’kawża iktar wiesgħa minn dik li ġiet adita biha l-Qorti Ġenerali.
142.
Fil-fatt, fil-punt 112 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901), il-Qorti Ġenerali kkonstatat li r-rikorrenti ma kkontestawx l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 121 tad-deċiżjoni kkontestata li tgħid li d-definizzjoni bħala servizz pubbliku tat-tħaddim ta’ pjattaforma ta’ appoġġ partikolari, f’dan il-każ dik tal-pjattaforma terrestri, kienet tikkostitwixxi żball manifest tal-awtoritajiet Spanjoli, minħabba li, fejn jeżistu bosta pjattaformi ta’ trażmissjoni, pjattaforma waħda partikolari ma tkunx tista’ titqies bħala essenzjali għat-trażmissjoni tas-sinjali tax-xandir.
143.
Għaldaqstant, inqis li t-tieni parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.
Fuq il-Kawża C‑81/16 P
144.
Fir-rigward tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tar-Renju ta’ Spanja u, b’mod partikolari, tal-argument tar-Renju ta’ Spanja li jgħid li l-analiżi tal-kuntest ġuridiku mill-Qorti Ġenerali hija manifestament żbaljata ( 118 ) u li l-atti tad-dritt nazzjonali u l-kuntratti konklużi mill-awtoritajiet Spanjoli mhux talli jiddefinixxu u jafdaw l-implementazzjoni tas-SIEĠ f’idejn ċerti operaturi, talli b’mod ċar jagħmlu wkoll riferiment għat-teknoloġija terrestri ( 119 ), inqis li dan l-argument, li jpoġġi indiskussjoni l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali tad-dritt nazzjonali applikabbli u tal-kuntratti konklużi mill-awtoritajiet Spanjoli, li hija evalwazzjoni tal-fatt, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli fin-nuqqas ta’ allegazzjoni ta’ żnaturament ta’ dan id-dritt ( 120 ).
145.
Għaldaqstant, inqis li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju tar-Renju ta’ Spanja għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.
146.
Fir-rigward tal-mertu, inqis li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju tar-Renju ta’ Spanja tiżvela qari żbaljat tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891).
147.
Għall-kuntrarju ta’ dak li jsostni r-Renju ta’ Spanja ( 121 ), il-Qorti Ġenerali ma qisitx li ma kienx hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, minbarra l-kuntest ġuridiku, l-atti kollha tal-awtoritajiet Spanjoli li permezz tagħhom l-operaturi kkonċernati kienu ġew inkarigati mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku.
148.
Mill-punti 69 et seq tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891), jirriżulta b’mod ċar li l-Qorti Ġenerali eżaminat l-atti tal-awtoritajiet Spanjoli li permezz tagħhom l-operaturi kkonċernati kienu ġew inkarigati, skont ir-Renju ta’ Spanja, mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku.
149.
Fil-fatt, fil-punt 70 tas-sentenza inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-programm nazzjonali favur il-mogħdija lejn it-TDT, adottat mill-kabinett Spanjol fis-7 ta’ Settembru 2007, u qieset li, permezz ta’ dan il-programm, l-ebda operatur ma kien ġie inkarigat mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku.
150.
Fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li, skont il-ġurisprudenza, il-mandat li jagħti l-missjoni ta’ servizz pubbliku jista’ jirrikorri għal atti li jirriżultaw minn ftehim, sakemm dawn ikunu ġejjin mill-awtorità pubblika u jkunu mandatorji, a fortiori meta tali atti jikkonkretizzaw l-obbligi imposti mil-leġiżlazzjoni. Madankollu, skont il-Qorti Ġenerali, ir-Renju ta’ Spanja ma pprovda ebda kuntratt insostenn tad-dikjarazzjoni tiegħu li skontha l-operaturi kkonċernati kienu ġew inkarigati mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku. Barra minn hekk, skont il-Qorti Ġenerali, is-sempliċi fatt li servizz ikun is-suġġett ta’ kuntratt pubbliku ma jagħtix lil dan is-servizz awtomatikament, u mingħajr ebda preċiżazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet ikkonċernati, il-kwalità ta’ SIEĠ fis-sens tas-sentenza Altmark.
151.
Barra minn hekk, fil-punt 72 tas-sentenza inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-ftehimiet interistituzzjonali konklużi bejn il-Gvern tal-País Vasco, l-EUDEL u t-tliet Gvernijiet provinċjali tal-País Vasco. Hija qieset li lanqas dawn il-ftehimiet ma jiddefinixxu t-tħaddim tan-netwerk terrestri bħala servizz pubbliku.
152.
Barra minn hekk, fil-punt 73 tas-sentenza inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, l-awtoritajiet Spanjoli fl-ebda mument ma kienu f’pożizzjoni li jiddeterminaw liema obbligi ta’ servizz pubbliku kienu ġew fdati f’idejn l-operaturi tan-netwerks tat-TDT, la mil-liġi Spanjola, la mill-ftehimiet ta’ tħaddim, u wisq inqas ma pproduċew prova ta’ dan.
153.
Inqis ukoll, bħall-Kummissjoni, li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball meta qieset li r-Renju ta’ Spanja ma weriex li l-Kummissjoni kienet ikkonstatat bi żball, fil-premessi 119 sa 122 u 172 tad-deċiżjoni kkontestata, li t-tnedija, il-manutenzjoni u t-tħaddim tan-netwerk tat-TDT fiż-żona II, ma kinux ġew iddefiniti bi preċiżjoni bħala servizz pubbliku fis-sens tas-sentenza Altmark.
154.
F’dan ir-rigward, il-fatt inkwistjoni ma huwiex is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandhom l-Istati Membri biex jiddefinixxu s-SIEĠ tagħhom, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni armonizzata tal-Unjoni f’dan il-qasam, iżda l-obbligu, f’konformità mal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark kif ukoll mal-formulazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, li l-impriża li tibbenefika mis-sussidji pubbliċi kienet effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku, u li tali obbligi kienu ddefiniti b’mod ċar.
155.
Ninnota li, fil-punt 67 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891), il-Qorti Ġenerali kkonstatat li għalkemm is-servizzi kollha ta’ telekomunikazzjonijiet, inklużi n-netwerks ta’ xandir bir-radju u televiżiv kienu ġew ikklassifikati mill-Istat Spanjol bħala servizz ta’ interess ġenerali, mil-liġijiet inkwistjoni ma kienx jirriżulta li s-servizzi kollha ta’ telekomunikazzjonijiet fi Spanja għandhom in-natura ta’ SIEĠ. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tinnota li l-Artikolu 2(1) tal-Liġi ġenerali 32/2003 dwar it-telekomunikazzjoni, tat-3 ta’ Novembru 2003, jistipula espliċitament li s-servizzi ta’ interess ġenerali fis-sens ta’ din il-liġi għandhom jiġu pprovduti fil-kuntest ta’ sistema ta’ kompetizzjoni libera filwaqt li l-klassifikazzjoni ta’ servizz bħala SIEĠ fis-sens tal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark teżiġi li r-responsabbiltà għall-ġestjoni tagħha tiġi fdata lil ċerti impriżi. Barra minn hekk, fil-punt 68 tas-sentenza inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali qieset li peress li d-dispożizzjonijiet nazzjonali huma kkaratterizzati min-newtralità teknoloġika tagħhom u li t-telekomunikazzjonijiet kienu t-trażmissjoni ta’ sinjali permezz ta’ kull netwerk ta’ xandir u mhux permezz tan-netwerk terrestri b’mod partikolari, fatt li ma ġiex ikkontestat mir-Renju ta’ Spanja, ma jistax jiġi konkluż li l-Kummissjoni qieset b’mod żbaljat li t-tħaddim ta’ netwerk terrestri ma kienx iddefinit bħala servizz pubbliku fis-sens tas-sentenza Altmark.
156.
Fid-dawl tal-elementi ekwivoċi u kontradittorji tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni, fejn is-sustanza inċidentalment ma hijiex ikkontestata mir-Renju ta’ Spanja, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset li l-Kummissjoni ma żbaljatx meta qieset li dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali ma kienx fihom definizzjoni ċara tas-servizz ta’ tħaddim ta’ netwerk terrestri bħala servizz pubbliku.
157.
Fl-aħħar nett, ma nikkondividix l-argument tar-Renju ta’ Spanja li jgħid li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx issostni li l-ebda komunità awtonoma oħra minbarra l-País Vasco ma kienet uriet il-kwalità ta’ SIEĠ tat-tħaddim tan-netwerk terrestri, sa fejn il-Kummissjoni kienet eżaminat kampjun ta’ 82 sejħa għal offerti għall-finijiet li tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna ( 122 ).
158.
Mill-punt 77 tas-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891) jirriżulta li l-Qorti Ġenerali qieset li kienu l-komunitajiet awtonomi li kellhom jinvokaw l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat b’mod konformi mas-sentenza Altmark u li, bħala l-aħjar u l-uniku eżempju, l-imsemmija awtoritajiet ippreżentaw il-każ tal-komunità awtonoma tal-País Vasco.
159.
Fil-fehma tiegħi, il-fatt li l-Kummissjoni kienet eżaminat kampjun ta’ 82 sejħa għal offerti għall-finijiet li tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni ma jurix li komunità awtonoma oħra minbarra l-País Vasco kienet uriet, jew saħansitra invokat, il-kwalità ta’ SIEĠ tat-tħaddim tan-netwerk terrestri.
160.
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-punt 71 tas-sentenza inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-mandat li jagħti l-missjoni ta’ servizz pubbliku, f’ċerti ċirkustanzi, seta’ jirrikorri wkoll għal atti li jirriżultaw minn ftehim. Il-Qorti Ġenerali madankollu qieset li r-Renju ta’ Spanja ma kienx wera li mandat ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku kien ingħata minn kuntratti pubbliċi konklużi bejn l-amministrazzjoni pubblika u l-operaturi kkonċernati. Hija żiedet, ġustament, li s-sempliċi fatt li servizz ikun is-suġġett ta’ kuntratt pubbliku ma jimplikax li dan is-servizz ikollu awtomatikament, u mingħajr ebda preċiżazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet ikkonċernati, il-kwalità ta’ SIEĠ fis-sens tas-sentenza Altmark.
161.
Għaldaqstant, inqis li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju tar-Renju ta’ Spanja huwa infondat.
162.
Abbażi tal-elementi preċedenti, l-ewwel parti tal-ewwel aggravju tar-Renju ta’ Spanja għandha għalhekk tiġi miċħuda bħala inammissibbli u infondata.
Konklużjoni
163.
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja:
–
fil-kawżi magħquda Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (C‑66/16 P), Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (C‑67/16 P), Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (C‑68/16 P) kif ukoll Cellnex Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (C‑69/16 P), tiċħad bħala infondati l-ewwel u t-tieni partijiet tal-aggravju uniku;
–
fil-kawża Comunidad Autónoma de Galicia u Redes de Telecomunicación Galegas vs Il-Kummissjoni (C‑70/16 P), tiċħad bħala parzjalment inammissibbli u infondata l-ewwel parti tar-raba’ aggravju u tiċħad bħala inammissibbli t-tieni parti tar-raba’ aggravju, u
–
fil-kawża Spanja vs Il-Kummissjoni (C‑81/16 P), tiċħad bħala inammissibbli u infondata l-ewwel parti tal-ewwel aggravju.
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) Ara l-punti 20 u 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 3 ) Ara l-punti 20 u 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 4 ) Fil-fatt, f’konformità mal-punti 89 sa 93 tas-sentenza Altmark, sussidji pubbliċi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat f’konformità mal-Artikolu 107 TFUE jekk dawn is-sussidji jissodisfaw erba’ kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri, l-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja trid tkun effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku, u tali obbliġi jridu jkunu ddefiniti b’mod ċar; it-tieni nett, il-parametri li fuqhom huwa kkalkolat l-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti; it-tielet nett, il-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta’ tali obbligi; ir-raba’ nett, meta l-impriza li għandha twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku mhijiex magħżula permezz ta’ proċedura ta’ appalt pubbliku, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż, li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi.
( 5 ) Fi Frar 2008, il-Ministerio de Industria, Turismo y Comercio (ministeru għall-industrija, it-turiżmu u l-kummerċ, Spanja) (iktar ’il quddiem l-“MITC”) adotta deċiżjoni magħrufa bħala l-“Plan Avanza” intiża sabiex ittejjeb l-infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni u tistabbilixxi l-kriterji kif ukoll it-tqassim tal-finanzjament tal-azzjonijiet favur l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni. Il-baġit approvat abbażi ta’ din id-deċiżjoni ġie allokat fil-biċċa l-kbira għad-diġitalizzazzjoni tat-televiżjoni fiż-żona II. Bejn Lulju u Novembru 2008, din id-diġitalizzazzjoni twettqet permezz ta’ diversi addenda għall-ftehimiet qafas diġà fis-seħħ, iffirmati mill-MITC u mill-komunitajiet awtonomi fil-kuntest tal-Plan Avanza. L-MITC sussegwentement ittrasferixxa fondi lill-komunitajiet awtonomi, li impenjaw ruħhom li permezz tar-riżorsi baġitarji tagħhom stess ikopru l-ispejjeż l-oħra marbuta mal-operazzjoni. F’Ottubru 2008, il-kabinett Spanjol iddeċieda li jagħti fondi addizzjonali sabiex jestendi u jikkompleta l-kopertura tat-TDT fil-kuntest tal-proġetti ta’ mogħdija lejn id-diġitali li kellhom jiġu implementati matul l-ewwel semestru tal-2009. Il-fondi ngħataw wara l-iffirmar, f’Diċembru 2008, ta’ ftehimiet qafas ġodda bejn l-MITC u l-komunitajiet awtonomi dwar l-implementazzjoni tal-programm nazzjonali għall-mogħdija għat-TDT. Il-kabinett approva wkoll il-kriterji ta’ tqassim tal-fondi allokati għall-finanzjament tal-mogħdija lejn it-TDT. Sussegwentement, il-komunitajiet awtonomi bdew il-proċess ta’ estensjoni tat-TDT. Fil-fatt, dawn organizzaw sejħiet għal offerti jew fdaw din l-estensjoni f’idejn impriżi privati. F’ċerti każijiet, il-komunitajiet awtonomi talbu lill-kunsilli jinkarigaw ruħhom mill-imsemmija estensjoni. Inħarġu żewġ tipi ta’ sejħiet għal offerti fi Spanja. L-ewwel tip ta’ sejħiet għal offerti kien jirrigwarda l-estensjoni tal-kopertura tat-TDT, li kienet timplika li l-offerent magħżul jingħata l-inkarigu li jipprovdi netwerk operattiv ta’ TDT. Għal dan il-għan, l-ipproġettar u t-tħaddim tan-netwerk, it-trasport tas-sinjal, it-tnedija tan-netwerk u l-provvista tat-tagħmir neċessarju kienu fost l-inkarigi li kellhom jitwettqu. It-tieni tip ta’ sejħiet għal offerti kien jirrigwarda l-provvista ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjoni.
( 6 ) Din id-deskrizzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma hijiex eżawrjenti. Din hija intiża biss biex tagħti fil-qosor it-taqsimiet tad-deċiżjoni kkontestata li huma rilevanti għall-aggravju komuni mqajjem minn dawn l-appelli.
( 7 ) Ara l-premessa 94 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 8 ) Ara l-premessi 100 sa 108 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 9 ) Ara l-premessi 109 sa 122 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 10 ) Ara l-premessa 113 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 11 ) Ara l-premessa 114 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 12 ) Ara l-premessi 119 sa 126 tad-deċiżjoni kkontestata u l-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 13 ) Ara l-premessa 172 tad-deċiżjoni kkontestata u l-punt 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 14 ) “Liġi ġenerali 11/1998, […], dwar it-Telekomunikazzjoni[, tal-24 ta’ April 1998.]”
( 15 ) “Dawn jinkludu servizzi relatati mad-difiża pubblika u l-protezzjoni ċivili u mal-operat tan-netwerk tat-telefonija”.
( 16 ) “Liġi ġenerali 32/2003 […] dwar it-Telekomunikazzjoni[, tat-3 ta’ Novembru 2003.]”.
( 17 ) “L-Artikolu 2(1) tal-Liġi jgħid: ‘Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni huma servizzi ta’ interess ġenerali pprovduti skont ir-regoli tal-kompetizzjoni ħielsa’.”
( 18 ) “L-anness II tal-[Liġi Ġenerali 32/2003 […] dwar it-telekomunikazzjoni, tat-3 ta’ Novembru 2003] jinkludi definizzjonijiet preċiżi u teknoloġikament newtrali tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika”.
( 19 ) “Il-premessi 6 u 7 u l-Artikolu 5 tal-Konvenzjonijiet.”
( 20 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 79), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 80), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 119), u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 110).
( 21 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 22 ) Il-Kawża C‑66/16 P, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi SA, il-Kawża C‑67/16 P, Comunidad Autónoma de Cataluña u Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI), il-Kawża C‑68/16 P, Navarra de Servicios y Tecnologías, u l-Kawża C‑69/16 P, Cellnex Telecom SA u Retevisión I SA.
( 23 ) Ara, b’mod partikolari, id-digriet tal-11 ta’ Frar 2015, Orange vs Il-Kummissjoni (C‑621/13 P, mhux ippubblikat, EU:C:2015:114), kif ukoll is-sentenzi tal-15 ta’ Ġunju 2005, Olsen vs Il-Kummissjoni (T‑17/02, EU:T:2005:218, punt 216), u tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T‑289/03, EU:T:2008:29, punti 166 sa 169).
( 24 ) Sentenzi tal-11 ta’ Lulju 2014, DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni (T‑533/10, EU:T:2014:629, punt 117), u tas-16 ta’ Lulju 2014, Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni (T‑309/12, mhux ippubblikata, EU:T:2014:676, punt 170).
( 25 ) Sentenza tal-5 ta’ Lulju 2011, Edwin vs UASI (C‑263/09 P, EU:C:2011:452, punt 53).
( 26 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punti 54, 55, 58, 62, 75, 77 u 78), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punti 54, 55, 58, 62, 75, 77 u 78), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punti 89 sa 119), u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punti 83, 84, 87 u 109).
( 27 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 77), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 78), u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 105).
( 28 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 50), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 50), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 97) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 79).
( 29 ) Ir-rikorrenti jiċċitaw, b’mod partikolari, fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sentenzi tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (C‑157/94, EU:C:1997:499, punti 54 sa 65), tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑159/94, EU:C:1997:501, punti 101 sa 108), tal-21 ta’ Settembru 1999, Brentjens’ (C‑115/97 sa C‑117/97, EU:C:1999:434, punt 104), kif ukoll tal-20 ta’ April 2010, Federutility et (C‑265/08, EU:C:2010:205, punt 29).
( 30 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punti 54, 55, 58 u 59), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punti 54, 55, 58 u 59), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punti 101, 102 u 105) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punti 83, 84, 87 u 88).
( 31 ) Sentenza tal-20 ta’ April 2010, Federutility et (C‑265/08, EU:C:2010:205, punt 33).
( 32 ) Sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2011, ENEL (C‑242/10, EU:C:2011:861, punti 50 u 55).
( 33 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 51), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 51), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 98) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T-541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 80).
( 34 ) Sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T‑289/03, EU:T:2008:29, punt 168).
( 35 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 50), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 50), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 97) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 79).
( 36 ) Sentenzi tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (C‑157/94, EU:C:1997:499, punti 58 et seq), tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C‑158/94, EU:C:1997:500, punti 54 et seq), u tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑159/94, EU:C:1997:501, punti 101 et seq).
( 37 ) Sentenzi tal-20 ta’ April 2010, Federutility et (C‑265/08, EU:C:2010:205, punt 29) kif ukoll tal-21 ta’ Diċembru 2011, ENEL (C‑242/10, EU:C:2011:861, punti 50 u 55).
( 38 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 77), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 78), u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 105).
( 39 ) Sentenza tas-7 ta’ Novembru 2012, CBI vs Il-Kummissjoni (T‑137/10, EU:T:2012:584).
( 40 ) Sentenzi tas-7 ta’ Novembru 2012, CBI vs Il-Kummissjoni (T‑137/10, EU:T:2012:584, punti 100 u 101), kif ukoll tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T‑289/03, EU:T:2008:29, punt 181 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 41 ) Sentenzi tas-7 ta’ Novembru 2012, CBI vs Il-Kummissjoni (T‑137/10, EU:T:2012:584, punt 101), kif ukoll tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T‑289/03, EU:T:2008:29, punt 172 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 42 ) Punt 95 tas-sentenza inkwistjoni.
( 43 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 44 ) Sentenzi tal-20 ta’ April 2010, Federutility et (C‑265/08, EU:C:2010:205, punt 29) kif ukoll tal-21 ta’ Diċembru 2011, ENEL (C‑242/10, EU:C:2011:861, punt 50).
( 45 ) Li tirriproduċi l-premessa 121 tad-deċiżjoni kkontestata u l-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 46 ) Ara l-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 47 ) Sentenza tal-15 ta’ April 2008, Nuova Agricast (C‑390/06, EU:C:2008:224, punti 50 u 51).
( 48 ) Sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T‑289/03, EU:T:2008:29, punti 179 sa 183, 188 u 189).
( 49 ) Ara l-premessi 23 sa 36 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 50 ) Sentenza tal-15 ta’ Marzu 2012, Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni (T‑391/08, mhux ippubblikata, EU:T:2012:126, punt 175).
( 51 ) Sentenza tat-22 ta’ Novembru 2007, Spanja vs Lenzing (C‑525/04 P, EU:C:2007:698, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 52 ) Ara l-premessi 23 sa 36 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 53 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 29 tad-deċiżjoni kkontestata.
( 54 ) Ara l-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 55 ) Sentenzi tat-8 ta’ Diċembru 2011, Chalkor vs Il-Kummissjoni (C‑386/10 P, EU:C:2011:815, punti 62 sa 66) u tat-8 ta’ Diċembru 2011, KME Germany et vs Il-Kummissjoni (C‑389/10 P, EU:C:2011:816, punti 131 sa 133).
( 56 ) Din it-terminoloġija hija użata fis-sentenza Altmark.
( 57 ) Din it-terminoloġija hija użata fl-Artikolu 106(2) TFUE. Għandu jiġi nnotat li l-kunċett ta’ SIEĠ ma huwiex iddefinit mill-Artikolu 14 u mill-Artikolu 106(2) TFUE.
( 58 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, TDC (C‑327/15, EU:C:2016:974, punt 51). Fil-fehma tiegħi, it-termini “servizz pubbliku” u “SIEĠ” huma interkambjabbli. Fil-fatt, fis-sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, TDC (C‑327/15, EU:C:2016:974, punt 51), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li kumpens għall-provvista ta’ SIEĠ seta’ jevita li jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat jekk jiġu ssodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet previsti mis-sentenza Altmark. Għandu jiġi nnotat f’dan ir-rigward li fis-sentenzi inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali nnotat li, fir-rigward tal-kunċett ta’ servizz pubbliku fis-sens tas-sentenza Altmark, ir-rikorrenti ma jikkontestawx il-fatt li dan jikkorrispondi għal dak ta’ SIEĠ fis-sens tal-Artikolu 106(2) TFUE. Ara s-sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 49), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 49), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 96), tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 78), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901, punt 94) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891, punt 60).
( 59 ) Sentenza tat-18 ta’ Frar 2016, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (C‑446/14 P, mhux ippubblikata, EU:C:2016:97, punti 21 u 22).
( 60 ) Sentenza tat-8 ta’ Marzu 2017, Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (C‑660/15 P, EU:C:2017:178, punt 23).
( 61 ) Sentenza tat-18 ta’ Frar 2016, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (C‑446/14 P, mhux ippubblikata, EU:C:2016:97, punti 23).
( 62 ) Għall-erba’ kundizzjonijiet, ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 63 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, TDC (C‑327/15, EU:C:2016:974, punt 52). Ninnota li fil-punt 25 tas-sentenza tat-8 ta’ Marzu 2017, Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (C‑660/15 P, EU:C:2017:178), il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li meta l-erba’ kundizzjonijiet previsti mis-sentenza Altmark jiġu ssodisfatti, “intervent statali għandu jitqies bħala kumpens għal servizzi mogħtija mill-impriżi benefiċjarji sabiex jeżegwixxu obbligi ta’ servizz pubbliku, b’tali mod li dawk l-impriżi ma jgawdux minn vantaġġ finanzjarju reali u l-miżura b’hekk ma jkollhiex l-effett li tpoġġihom f’pożizzjoni kompetittiva aktar favorevoli minn impriżi oħrajn li qed jikkompetu magħhom, tali intervent ma jaqax taħt il-projbizzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE”. Barra minn hekk, fil-punt 31 tas-sentenza tat-18 ta’ Frar 2016, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (C‑446/14 P, mhux ippubblikata, EU:C:2016:97), il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark huma distinti waħda mill-oħra, fejn kull waħda ssegwi l-għan proprju tagħha.
( 64 ) Jiġifieri, jekk l-erba’ kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 107(1) TFUE jkunu ssodisfatti.
( 65 ) Ara wkoll, l-Artikolu 107(3) TFUE. Il-kumpens għas-SIEĠ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u li huwa pprovdut bl-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 108(3) TFUE ħlief jekk dan ma jkunx kopert minn eżenzjoni speċifika. Ara, b’mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU 2012, L 7, p. 3).
( 66 ) Sentenzi tal-10 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C‑212/09, EU:C:2011:717, punt 91) u tat-28 ta’ Frar 2013, Ordem dos Técnicos Oficiais de Contas (C‑1/12, EU:C:2013:127, punti 104 sa 106). L-Artikolu 106(2) TFUE jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom kull impriża responsabbli sabiex topera SIEĠ tista’ tevita b’mod eċċezzjonali r-regoli tat-Trattat FUE. Sentenza tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑159/94, EU:C:1997:501, punt 48). Bħala dispożizzjoni li tippermetti deroga mir-regoli tat-Trattat FUE, l-Artikolu 106(2) TFUE għandu jiġi interpretat b’mod strett. Sentenzi tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑159/94, EU:C:1997:501, punt 53) u tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (C‑157/94, EU:C:1997:499, punt 37).
( 67 ) Sentenza tat-8 ta’ Marzu 2017, Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (C‑660/15 P, EU:C:2017:178, punt 34).
( 68 ) Sentenza tat-8 ta’ Marzu 2017, Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (C‑660/15 P, EU:C:2017:178, punt 35).
( 69 ) Enfasi miżjuda minni.
( 70 ) Anki diversi impriżi.
( 71 ) Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “dan ma jistax ikun il-każ għal impriża li l-Istat ma jkun inkarigaha bl-ebda missjoni li tiġġestixxi interessi privat”, (Sentenza tal-21 ta’ Marzu 1974, BRT u Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs, 127/73, EU:C:1974:25, punt 23).
( 72 ) Ara s-sentenza tas-7 ta’ Novembru 2012, CBI vs Il-Kummissjoni (T‑137/10, EU:T:2012:584, punt 99 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, ukoll, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T‑289/03, EU:T:2008:29, punt 181 u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn qari tal-premessa 172 tad-deċiżjoni kkontestata, li tirreferi għall-premessi 119 sa 122 tagħha (ara l-punti 20 u 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet), jirriżulta li l-Kummissjoni tqis li l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 106(2) TFUE ma tistax tiġi invokata jekk l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark ma tkunx issodisfatta. Mis-sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901, punti 90 u 91) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punti 89 et seq) jirriżulta wkoll li l-Qorti Ġenerali qieset li l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark huwa applikabbli fil-kuntest tal-Artikolu 106(2) TFUE. Din l-evalwazzjoni ma hijiex ikkontestata f’dawn l-appelli. Fil-fatt, f’dawn l-appelli kollha hemm inkwistjoni l-portata tal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark.
( 73 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 74 ) Sentenzi tal-20 ta’ April 2010, Federutility et (C‑265/08, EU:C:2010:205, punti 28 u 29), tas-7 ta’ Settembru 2016, ANODE (C‑121/15, EU:C:2016:637, punti 43 u 44) u tat-8 ta’ Marzu 2017, Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (C‑660/15 P, EU:C:2017:178, punt 31).
( 75 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 50), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 50), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 97), tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 79), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901, punt 95) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891, punt 61).
( 76 ) L-importanza tas-SIEĠ fi ħdan l-Unjoni u l-kompetenza tal-Istati Membri fil-provvista, il-kummissjonar u l-finanzjament ta’ dawn is-servizzi hija enfasizzata mill-Artikolu 14 TFUE. Madankollu, it-tensjoni bejn il-kompetenzi tal-Unjoni u l-Istati Membri fil-qasam tas-SIEĠ, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu osservati d-dispożizzjonijiet tat-Trattat TUE filwaqt li tiġi ggarantita l-provvista ta’ dawn is-servizzi mill-Istati Membri toħroġ b’mod ċar mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 14 TFUE. Fil-punt 167 tas-sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T‑289/03, EU:T:2008:29), il-Qorti Ġenerali qieset li l-“prerogattiva ta’ l-Istat Membru fir-rigward tad-definizzjoni tas-SIEĠ hija kkonfermata kemm min-nuqqas ta’ kompetenza speċjalment attribwita lill-Komunità kif ukoll min-nuqqas ta’ definizzjoni preċiża u kompleta tal-kunċett ta’ SIEĠ fid-dritt [tal-Unjoni]”.
( 77 ) Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2013, Libert et (C‑197/11 u C‑203/11, EU:C:2013:288, punt 88).
( 78 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 50), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 50), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 97), tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 79), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901, punt 95) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891, punt 61). Għal-limitazzjonijiet ta’ din is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa, ara s-sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 51), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 51), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 98), tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 80), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901, punt 96) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891, punt 62).
( 79 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 50), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 50), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 97), tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 79), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901, punt 95) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891, punt 61).
( 80 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-18 ta’ Frar 2016, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (C‑446/14 P, mhux ippubblikata, EU:C:2016:97, punt 44). Ara s-sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T‑289/03, EU:T:2008:29, punt 166 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 81 ) Ara, ukoll, is-sentenzi tas-17 ta’ Lulju 1997, GT‑Link (C‑242/95, EU:C:1997:376, punt 52), u tal-21 ta’ Marzu 1974, BRT u Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs (127/73, EU:C:1974:25, punti 22 u 23). Fis-sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T‑289/03, EU:T:2008:29, punt 168), il-Qorti Ġenerali qieset li s-setgħa diskrezzjonali tal-Istat Membru fid-definizzjoni tas-SIEĠ ma tistax tiġi eżerċitata b’mod arbitrarju sempliċement sabiex settur partikolari jevita l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.
( 82 ) Enfasi miżjuda minni. Ara, ukoll, is-sentenza tal-20 ta’ Marzu 1985, L-Italja vs Il-Kummissjoni (41/83, EU:C:1985:120, punt 30).
( 83 ) Jew diversi.
( 84 ) L-Artikolu 106(2) TFUE jirreferi għall-impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta’ SIEĠ.
( 85 ) Fis-sentenza tat-22 ta’ Ottubru 2015, EasyPay u Finance Engineering (C‑185/14, EU:C:2015:716, punt 47), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, skont l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark, “l-impriża benefiċjarja għandha fil-fatt tkun responsabbli mill-eżekuzzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku u li dawn l-obbligi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar sabiex tali kumpens ma jaqax taħt il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat”.
( 86 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 52), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 52), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 99), tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 81), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901, punt 97) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑461/13, EU:T:2015:891, punt 63).
( 87 ) Sentenzi tal-21 ta’ Marzu 1974, BRT u Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs (127/73, EU:C:1974:25, punt 20); tal-11 ta’ April 1989, Saeed Flugreisen u Silver Line Reisebüro (66/86, EU:C:1989:140, punt 55), u tal-14 ta’ Lulju 1981, Züchner (172/80, EU:C:1981:178, punt 7). Mill-punti 30 u 31 tas-sentenza tat-2 ta’ Marzu 1983, GVL vs Il-Kummissjoni (7/82, EU:C:1983:52) jirriżulta li l-ġestjoni ta’ SIEĠ għandha tiġi fdata f’idejn impriża ddeterminata waħda jew iktar u li ma jkunx biżżejjed li l-att tal-awtorità pubblika jiddefinixxi b’mod ġenerali r-regoli applikabbli għall-attivitajiet tal-kumpanniji li joffru ruħhom biex jiżguraw dawn is-servizzi. Fil-punt 179 tas-sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T‑289/03, EU:T:2008:29), il-Qorti Ġenerali qieset li “l-attribuzzjoni ta’ funzjoni SIEĠ [setgħet] tikkostitwixxi wkoll obbligu impost fuq maġġoranza, jew saħansitra fuq l-operaturi kollha attivi fuq l-istess suq”.
( 88 ) Sentenza tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑159/94, EU:C:1997:501, punt 66).
( 89 ) Dan japplika a fortiori wkoll meta tali konċessjonijiet ikunu ngħataw bl-għan li jiġu kkonkretizzati l-obbligi imposti fuq l-impriżi li, bil-liġi, ikunu ġew inkarigati mill-ġestjoni ta’ SIEĠ. Sentenza tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑159/94, EU:C:1997:501, punt 66).
( 90 ) Fis-sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2010, Fallimento Traghetti del Mediterraneo (C‑140/09, EU:C:2010:335, punt 41), li kienet tirrigwarda sussidji mogħtija skont il-leġiżlazzjoni Taljana u maħsuba għall-provvista ta’ servizzi ta’ konnessjoni mal-gżejjer il-kbar u ż-żgħar u kellhom jiggarantixxu li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti marbutin mal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni kkonċernati, u b’mod partikolari tal-Mezzogiorno, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-impriżi benefiċjarji tas-sussidji kienu inkarigati mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, f’konformità mal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark, peress li l-ftehimiet iffirmati ma’ dawn l-impriżi kienu jipprevedu “obbligi li jikkonċernaw ir-rotot li għandhom jiġu żgurati, il-frekwenza ta’ dawn ir-rotot u t-tipi ta’ vapuri allokati għal kull rotta”. (Enfasi miżjuda minni). Ara, b’analoġija, l-Artikolu 4(a) u (b), intitolat “Il-Mandat” tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE, tat-28 ta’ Novembru 2005, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu [106(2) TFUE] rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU 2005, L 327M, p. 488). Ara, ukoll, l-Artikolu 4(a) u (b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21.
( 91 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ April 1989, Saeed Flugreisen u Silver Line Reisebüro (66/86, EU:C:1989:140, punt 57).
( 92 ) Ara l-Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar l-aċċess għas-SIEĠ.
( 93 ) Sentenza tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑159/94, EU:C:1997:501, punti 68 u 71).
( 94 ) Fuq il-ħtieġa tat-trasparenza dwar in-natura u l-portata tal-obbligi imposti, ara s-sentenza tal-11 ta’ April 1989, Saeed Flugreisen u Silver Line Reisebüro (66/86, EU:C:1989:140, punti 56 u 57). Għandu jiġi nnotat li t-tieni, it-tielet u r-raba’ kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark jimponu obbligi dwar il-livell u l-kalkolu tal-kumpens. B’mod partikolari, it-tieni kundizzjoni tas-sentenza Altmark timponi obbligi ta’ trasparenza u ta’ oġġettività fil-kalkolu tal-kumpens. Madankollu, għalkemm din il-kundizzjoni ma tapplikax fil-kuntest tal-Artikolu 106(2) TFUE, din id-dispożizzjoni tal-aħħar timplika wkoll obbligi ta’ trasparenza fir-rigward tal-livell u tal-kalkolu tal-kumpens għas-SIEĠ. Skont il-punt 57 tas-sentenza tal-11 ta’ April 1989, Saeed Flugreisen u Silver Line Reisebüro (66/86, EU:C:1989:140) “fin-nuqqas ta’ trasparenza effettiva tal-istruttura tat-tariffi, huwa diffiċli, jew saħansitra impossibbli, li tiġi evalwata l-influwenza tal-missjoni ta’ interess ġenerali fuq l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-qasam tat-tariffi”. Ara, b’analoġija, id-Deċiżjoni 2005/842 li fl-Artikolu 4(d) tagħha tipprevedi regoli ta’ trasparenza fir-rigward tal-“parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens”. Ara, ukoll, l-Artikolu 4(d) tad-Deċiżjoni 2012/21.
( 95 ) Fil-fehma tiegħi, għalkemm l-erba’ kundizzjonijiet imsemmija fis-sentenza Altmark huma distinti waħda mill-oħra, fejn kull waħda ssegwi l-għan rispettiv tagħha, l-osservanza tal-ewwel kundizzjoni ta’ din is-sentenza tissuġġetta l-osservanza tal-oħrajn li jirrigwardaw il-kumpens. Inqis li l-kwistjonijiet dwar il-livell u l-kalkolu tal-kumpens huma marbuta mill-qrib mal-portata tal-obbligi ta’ servizzi pubbliċi fdati f’idejn l-impriżi li jibbenefikaw mis-sussidji.
( 96 ) Ara l-punti 41 u 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 97 ) Ara l-punt 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 98 ) F’konformità mal-Artikolu 256(1) TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appell għandu jkun limitat għal punti ta’ dritt. Il-Qorti Ġenerali biss għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti kif ukoll sabiex tevalwa l-provi. L-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi għaldaqstant ma tikkostitwixxix, ħlief fil-każ ta’ żnaturament tagħhom, punt ta’ dritt suġġett, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell. Ara d-digriet tat-30 ta’ Jannar 2014, Industrias Alen vs The Clorox Company (C‑422/12 P, EU:C:2014:57, punt 37).
( 99 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 100 ) Ara l-punti 36 u 37 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 101 ) Ara l-punti 100 sa 106 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 102 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 59), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 59), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punti 89 sa 119) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 88).
( 103 ) Ara l-punt 50 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 104 ) F’dan il-każ, ir-Renju ta’ Spanja.
( 105 ) Wara li eżaminat il-leġiżlazzjoni Spanjola applikabbli.
( 106 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 72), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 73), tas-26 ta’ Novembru 2015, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni (T‑487/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:899, punt 115) u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 103).
( 107 ) B’mod partikolari bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika fis-servizz ta’ tħaddim tan-netwerks.
( 108 ) Sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (T‑462/13, EU:T:2015:902, punt 78), tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni (T‑465/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:900, punt 79), u tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni (T‑541/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:898, punt 106).
( 109 ) Ara l-punti 52 sa 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 110 ) Ara l-punti 53 u 54 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 111 ) Sentenza tat-3 ta’ April 2014, Franza vs Il-Kummissjoni (C‑559/12 P, EU:C:2014:217, punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 112 ) Sentenza tal-10 ta’ Novembru 2016, DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni (C‑449/14 P, EU:C:2016:848, punti 43 u 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 113 ) Ara s-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901, punt 97).
( 114 ) Ara s-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni (T‑463/13 u T‑464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901, punt 99).
( 115 ) Ara l-punt 53 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 116 ) Ara l-punt 64 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 117 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-20 ta’ Mejju 2010, Gogos vs Il-Kummissjoni (C‑583/08 P, EU:C:2010:287, punti 23 u 24).
( 118 ) Ara l-punt 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 119 ) Ara l-punt 73 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 120 ) Sentenzi tat-3 ta’ April 2014, Franza vs Il-Kummissjoni (C‑559/12 P, EU:C:2014:217, punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tad-29 ta’ Novembru 2012, Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni (C‑416/11 P, mhux ippubblikata, EU:C:2012:761, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 121 ) Ara l-punt 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 122 ) Ara l-punt 75 ta’ dawn il-konklużjonijiet.