14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de A Coruña (Spanja) fl-4 ta’ Jannar 2016 – Abanca Corporación Bancaria S.A. vs María Isabel Vázquez Rosende
(Kawża C-1/16)
(2016/C 098/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de A Coruña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Abanca Corporación Bancaria S.A.
Konvenuta: María Isabel Vázquez Rosende
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993 (1), dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-effetti ta’ ħlas lura li jirriżultaw mill-konstatazzjoni tan-nullità, minħabba n-natura inġusta tagħha, ta’ “klawżola ta’ rata minima” li tinsab f’kuntratt ta’ self ma humiex retroattivi mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt, iżda minn data iktar tard?
2)
Il-kriterju tal-bona fide ta’ dawk ikkonċernati li jibbaża l-limitazzjoni tal-effett retroattiv [tal-annullament] ta’ klawżola inġusta huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi mill-Istati Membri kollha?
3)
Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, liema elementi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tal-bona fide tal-partijiet ikkonċernati?
4)
Fi kwalunkwe każ, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ bona fide tal-partijiet ikkonċernati li tgħid li l-bejjiegħ jew il-fornitur li ta lok, fir-redazzjoni tal-kuntratt, għan-nuqqas ta’ trasparenza fl-oriġini tan-natura inġusta tal-klawżola seta’ aġixxa f’bona fide konformement mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13?
5)
L-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ bona fide tal-partijiet ikkonċernati li tgħid li l-bona fide tal-bejjiegħ jew tal-fornitur tista’ tiġi evalwata b’mod astratt hija konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13 jew għandha minflok tiġi evalwata fid-dawl tal-aġir tal-bejjiegħ jew tal-fornitur fil-każ preċiż tal-kuntratt?
6)
Ir-riskju ta’ diffikultajiet serji li fuqu hija bbażata l-limitazzjoni tal-effett retroattiv tal-annullament ta’ klawżola inġusta huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi mill-Istati Membri kollha?
7)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni?
8)
Fi kwalunkwe każ, il-fatt li r-riskju ta’ diffikultajiet serji jkun evalwat billi jittieħed inkunsiderazzjoni biss ir-riksju li jista’ jinkorri l-bejjiegħ jew il-fornitur huwa konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13 jew għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni d-dannu kkawżat lill-konsumaturi mill-assenza ta’ ħlas lura sħiħ tas-somom imħallsa abbażi ta’ din il-“klawżola ta’ rata minima”?
9)
Konformement mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13, fil-każ ta’ azzjoni individwali eżerċitata minn konsumatur, ir-riskju ta’ diffikultajiet serji għall-ordni pubbliku ekonomiku għandu jiġi evalwat billi jitqies biss l-impatt ekonomiku ta’ din l-azzjoni speċifika jew għandhom jitqiesu wkoll l-effetti ekonomiċi ta’ azzjoni individwali eventwali eżerċita minn numru kbir ta’ konsumaturi?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy