4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Jannar 2016 – Proċeduri kriminali kontra J. S. R.
(Kawża C-2/16)
(2016/C 118/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Stuttgart
Parti fil-kawża prinċipali
J. S. R.
Domanda preliminari
L-inklużjoni tal-Liberation Tigers of Tamil Eelam (iktar ’il quddiem il-“LTTE”) fil-lista skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001 (1), dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, għall-perijodu mit-23 ta’ Lulju 2007 sal-11 ta’ Mejju 2019, b’mod partikolari abbażi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill
—
tad-29 ta’ Mejju 2006 (2006/379/KE) (2),
—
tat-28 ta’ Ġunju 2007 (2007/445/KE) (3),
—
tal-20 ta’ Diċembru 2007 (2007/868/KE) (4),
—
tal-15 ta’ Lulju 2008 (2008/583/KE) (5) u
—
tas-26 ta’ Jannar 2009 (2009/62/KE) (6)
hija invalida?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/379/KE, tad-29 ta’ Mejju 2006, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/930/KE (ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 169).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta’ Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/868/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445/KE (ĠU L 340, p. 100).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta’ Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE (ĠU L 188, p. 21).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/62/KE, tas-26 ta’ Jannar 2009, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/583/KE (ĠU L 23, p. 25).
Full & Egal Universal Law Academy