29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-8 ta’ Jannar 2016 – Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde vs Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”
(Kawża C-13/16)
(2016/C 111/13)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde
Konvenuta: Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”
Domanda preliminari
1)
Il-frażi “ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ l-interessi leġittimi li jkollu […] il-parti terza jew il-partijiet li lilhom ikun żvelat id-data”, li tinsab fl-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-pulizija nazzjonali hija marbuta li tikkomunika lir-“Rīgas satiksme” id-data personali li tkun talbet u li hija meħtieġa sabiex jiġi ppreżentat rikors fi proċedura ta’ dritt ċivili? Iċ-ċirkustanza, li tirriżulta mill-fatti tal-każ, li l-passiġġier li r-“Rīgas satiksme” qed tipprova tikseb id-data tiegħu kien minorenni fil-mument tal-inċident tista’ taffettwa r-risposta għad-domanda preliminari?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.
Full & Egal Universal Law Academy