25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/14
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2016 mir-Renju tal-Belġju mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-27 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-721/14, Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-16/16 P)
(2016/C 145/18)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck, M. Jacobs u J. Van Holm)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla fl-intier tiegħu d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-721/14;
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli;
—
tiddeċidi fuq il-mertu;
—
tiddikjara li t-talbiet għal intervent tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika Portugiża huma inammissibbli;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju: ksur tal-prinċipji ta’ tqassim tal-kompetenzi, ta’ lealta u ta’ bilanċ istituzzjonali u applikazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 263 TFUE.
It-tieni aggravju: ksur tar-reċiproċità tal-prinċipju ta’ lealta u preġudizzju għall-kwalità ta’ rikorrent ipprivileġġjat ta’ Stat Membru li qed jipprova jipproteġi l-prerogattivi tiegħu.
It-tielet aggravju: interpretazzjoni żbaljata tal-konsegwenzi ġuridiċi tar-rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-Belġju.
Full & Egal Universal Law Academy