7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-12 ta’ Jannar 2016 – Oussama El Dakkak, Intercontinental SARL vs Administration des douanes et droits indirects
(Kawża C-17/16)
(2016/C 090/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Oussama El Dakkak, Intercontinental SARL
Konvenuta: Administration des douanes et droits indirects
Domandi preliminari
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nruo1889/2005, tas-26 ta’ Ottubru 2005 (1) u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nruo562/2006, tal-15 ta’ Marzu 2006 (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċittadin ta’ Stat terz li jinsab f’żona ta’ tranżitu internazzjonali ta’ ajruport ma huwiex suġġett għall-obbligu ta’ dikjarazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nruo1889/2005, tas-26 ta’ Ottubru 2005, jew, għall-kuntrarju, li dan iċ-ċittadin huwa suġġett għal dan l-obbligu daqslikieku qasam fruntiera esterna tal-Komunità f’wieħed mill-punti ta’ qsim tal-fruntiera previst mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nruo562/2006, tal-15 ta’ Marzu 2006?
(1) Regolament (KE) Nru 1889/2005, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU L 309, p. 9).
(2) Regolament (KE) Nru 562/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy