4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Wolfram Bechtel u Marie-Laure Bechtel vs Finanzamt Offenburg
(Kawża C-20/16)
(2016/C 118/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wolfram Bechtel u Marie-Laure Bechtel
Konvenuta: Finanzamt Offenburg.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 39 KE (attwalment l-Artikolu 45 TFUE) jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt Ġermaniż li tipprevedi li l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għax-xjuħija u tal-assigurazzjoni għall-mard Franċiżi mħallsa minn impjegat li jirrisjedi fil-Ġermanja u li jaħdem mal-amministrazzjoni tal-Istat Franċiż ma jnaqqsux il-bażi tat-taxxa fuq id-dħul – kuntrarjament għal kontribuzzjonijiet komparabbli mħallsa lis-sigurtà soċjali Ġermaniża minn impjegat li jaħdem fil-Ġermanja – jekk, b’applikazzjoni tal-Ftehim ta’ ħelsien mit-taxxa doppja bejn il-Ġermanja u Franza, l-impjegat ma għandux jiġi ntaxxat fil-Ġermanja u li tiżdied ir-rata tat-taxxa applikabbli għal-dħul ieħor?
2)
L-ewwel domanda wkoll ikollha risposta pożittiva jekk, fil-kuntest tat-tassazzjoni tas-salarju mill-Istat Franċiż, il-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni inkwistjoni
a)
kienu ġew imnaqqsa fiskalment – b’mod preċiż jew fiss – jew
b)
setgħu ċertament jiġu mnaqqsa fiskalment – b’mod preċiż jew fiss – imma peress li l-ebda talba ma ġiet ippreżentata, huma ma ttieħdux inkunsiderazzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy