4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Fondul Proprietatea SA vs SC Hidroelectrica SA
(Kawża C-22/16)
(2016/C 118/14)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fondul Proprietatea SA
Konvenuta: SC Hidroelectrica SA
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-parteċipazzjoni ta’ kumpannija Rumena b’kapital pubbliku fil-kapital ta’ kumpannija mħallta (Rumena-Torka) hija ekwivalenti għal għajnuna mill-Istat suġġetta għall-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 108(3) TFUE?
Din il-parteċipazzjoni tikkostitwixxi finanzjament pubbliku ta’ natura selettiva li jista’ jaffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni?
2)
Jista’ jiġi kkunsidrat li din il-parteċipazzjoni ta’ kumpannija b’kapital pubbliku li tipproduċi l-elettriku tikser il-prinċipju ta’ separazzjoni tas-sistemi ta’ trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/72/KE dwar ir-regoli adottati għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (1)?
(1) Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55).
Full & Egal Universal Law Academy