14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/25
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-23/16)
(2016/C 098/32)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Hottiaux, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi naqset milli tistabbilixxi reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u tikkonnettjah mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1);
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-reġistri elettroniċi nazzjonali għandhom jiġu stabbiliti u konnessi mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012.
(1) ĠU L 300, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy