7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/12
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-30/16)
(2016/C 090/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u G. Braun, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2006/126/KE (1), peress li ma implementatx b’mod sħiħ l-Artikolu 4(1), (3)(b), (4)(d), (f) u (h), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7(2)(b) ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-dispożizzjonijiet neċessarji kellhom jiġu adottati u ppublikati sad-19 ta’ Jannar 2011 u kellhom jidħlu fis-seħħ sad-19 ta’ Jannar 2013.
(1) Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (ĠU L 403, p. 18).
Full & Egal Universal Law Academy